|
+Artikolu 8d 1. |
Artikolu 8d 1.Sabiex jiżguraw li l-penali huma effettivi, proporzjonati u dissważivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw u japplikaw it-tip u l-livell ta’ penali amministrattiva lil kumpanija jew persuna ġuridika jew fiżika oħra misjuba mill-awtoritajiet kompetenti li tkun responsabbli, f’konformità mal-Artikolu 8, għal ksur skont it-tifsira tal-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tal-ksur, b’mod partikolari:
(a)
in-natura, is-serjetà u d-dewmien tal-iskariku;
(b)
il-grad ta’ ħtija jew tort tal-persuna responsabbli, skont it-tifsira tas-sistema legali tal-Istat Membru kkonċernat;
(c)
il-ħsara kkawżata mill-iskariku lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem, inkluż, meta rilevanti, l-impatt tiegħu fuq is-sajd, it-turiżmu u l-komunitajiet kostali;
(d)
il-kapaċità finanzjarja tal-kumpanija jew ta’ persuna ġuridika jew fiżika oħra responsabbli;
(e)
il-benefiċċji ekonomiċi ġġenerati jew mistennija li jiġu ġġenerati għall-kumpanija jew għall-persuna ġuridika jew fiżika responsabbli mill-ksur, meta applikabbli;
(f)
miżuri meħuda mill-kumpanija jew mill-persuna ġuridika jew fiżika responsabbli għall-prevenzjoni tal-iskariku jew għall-mitigazzjoni tal-impatt tiegħu;
(g)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-kumpanija jew ta’ persuna ġuridika jew fiżika responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, inkluża kwalunkwe azzjoni li għandha l-għan li tevita jew tfixkel spezzjoni xierqa jew investigazzjoni oħra minn awtorità kompetenti; u
(h)
kwalunkwe ksur preċedenti ta’ tniġġis ikkawżat mill-vapuri mill-kumpanija jew minn persuna ġuridika jew fiżika oħra responsabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|