|
+Artikolu 10a 2. |
Artikolu 10a 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja relatata mal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom tiġi rrapportata permezz tal-għodda elettronika ta’ rapportar imsemmija fil-paragrafu 1:
(a)
informazzjoni relatata mas-segwitu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ allert mibgħut minn CleanSeaNet jew ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ segwitu ta’ tali allert, malajr kemm jista’ jkun wara li jitlestew l-attivitajiet ta’ segwitu jew tittieħed deċiżjoni li ma jkunx hemm segwitu;
(b)
informazzjoni relatata mal-ispezzjonijiet jew azzjonijiet xierqa oħra mwettqa f’konformità mal-Artikolu 6, malajr kemm jista’ jkun wara li jitlestew l-ispezzjoni jew azzjonijiet xierqa oħra;
(c)
informazzjoni relatata mal-azzjonijiet imwettqa f’konformità mal-Artikolu 7, malajr kemm jista’ jkun wara li jitlestew tali azzjonijiet; u
(d)
informazzjoni relatata mal-penali imposti f’konformità ma’ din id-Direttiva, ladarba jiġu konklużi l-proċedimenti amministrattivi u, meta applikabbli, dawk legali, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena għall-penali imposti matul is-sena kalendarja preċedenti. Sa fejn l-informazzjoni relatata mal-penali tinkludi data personali, tali informazzjoni għandha tiġi anonimizzata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|