+KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
------+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet

KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Suġġett

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“ ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ ” tfisser impriża tat-trasport bl-ajru li għandha liċenzja valida sabiex topera jew ekwivalenti;

(b) 

“kuntratt ta’ trasport” tfisser kuntratt għal servizzi ta’ trasport bl-ajru jew li jinkludihom, inkluż meta t-trasport huwa magħmul minn żewġ titjiriet jew iżjed operati mill-istess ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ jew minn ►C1  trasportaturi tal-ajru ◄ differenti;

(ċ) 

“kuntrattur ta’ trasport bl-ajru” tfisser il-kumpannija li tikkonkludi kuntratt ta’ trasport ma’ passiġġier jew fejn il-kuntratt jinkludi pakkett, l-organizzatur ta’ ġiti. Kwalunkwe bejjiegħ tal-biljetti għandu wkoll jitqies bħala kuntrattur ta’ trasport bl-ajru;

(d) 

“bejjiegħ ta’ biljetti” tfisser il-bejjiegħ ta’ biljett ta’ l-ajru li jirranġa kuntratt ta’ trasport bl-ajru ma’ passiġġier, sew jekk ikun għal titjira biss kif ukoll jekk ikun parti minn pakkett, minbarra ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ jew organizzatur ta’ ġiti;

(e) 

“ ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ li jopera” tfisser ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ li qiegħed iwettaq jew biħsiebu jwettaq titjira taħt kuntratt ta’ trasport ma’ passiġġier, jew f’isem persuna oħra, ġuridika jew naturali, li għandha kuntratt ta’ trasport ma’ dak il-passiġġier;

(f) 

“awtorizzazzjoni għall-operar jew permess tekniku” tfisser kwalunkwe att leġislattiv jew amministrattiv minn Stat Membru, li jistipula jew li ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ jista’ jopera servizzi ta’ l-ajru minn u lejn l-ajruporti tiegħu jew li ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ jista’ jopera fl-ispazju ta’ l-ajru tiegħu jew li ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ jista’ jeżerċita drittijiet tat-traffiku;

(g) 

“projbizzjoni ta’ l-operar” tfisser ir-rifjut, is-sospensjoni, ir-revoka jew ir-restrizzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-operar jew permess tekniku ta’ ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ għal raġunijiet ta’ sigurtà, jew kwalunkwe miżura ta’ sigurtà ekwivalenti fir-rigward ta’ ►C1  trasportatur tal-ajru ◄ li m’għandu l-ebda drittijiet ta’ traffiku fil-Komunità imma li l-ajruplani tiegħu jistgħu joperaw fil-Komunità taħt ftehim ta’ kiri;

(h) 

“pakkett” tfisser dawk is-servizzi definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 90/314/KEE;

(i) 

“riservazzjoni” tfisser il-fatt li passiġġier għandu biljett jew prova oħra, li jindika li r-riservazzjoni ġiet aċċettata u reġistrata mill-kuntrattur ta’ trasport ta’ l-ajru;

(j) 

“standards ta’ sigurtà relevanti” tfisser l-istandards ta’ sigurtà internazzjonali li jinsabu fil-Konvenzjoni ta’ Chicago u l-Annessi tagħha kif ukoll, fejn hu applikabbli, dawk fil-liġi Komunitarja relevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.04.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32005R2111
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.