|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“ ►C1 trasportatur tal-ajru ◄ ” tfisser impriża tat-trasport bl-ajru li għandha liċenzja valida sabiex topera jew ekwivalenti;
(b)
(ċ)
“kuntrattur ta’ trasport bl-ajru” tfisser il-kumpannija li tikkonkludi kuntratt ta’ trasport ma’ passiġġier jew fejn il-kuntratt jinkludi pakkett, l-organizzatur ta’ ġiti. Kwalunkwe bejjiegħ tal-biljetti għandu wkoll jitqies bħala kuntrattur ta’ trasport bl-ajru;
(d)
“bejjiegħ ta’ biljetti” tfisser il-bejjiegħ ta’ biljett ta’ l-ajru li jirranġa kuntratt ta’ trasport bl-ajru ma’ passiġġier, sew jekk ikun għal titjira biss kif ukoll jekk ikun parti minn pakkett, minbarra ►C1 trasportatur tal-ajru ◄ jew organizzatur ta’ ġiti;
(e)
(f)
“awtorizzazzjoni għall-operar jew permess tekniku” tfisser kwalunkwe att leġislattiv jew amministrattiv minn Stat Membru, li jistipula jew li ►C1 trasportatur tal-ajru ◄ jista’ jopera servizzi ta’ l-ajru minn u lejn l-ajruporti tiegħu jew li ►C1 trasportatur tal-ajru ◄ jista’ jopera fl-ispazju ta’ l-ajru tiegħu jew li ►C1 trasportatur tal-ajru ◄ jista’ jeżerċita drittijiet tat-traffiku;
(g)
“projbizzjoni ta’ l-operar” tfisser ir-rifjut, is-sospensjoni, ir-revoka jew ir-restrizzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-operar jew permess tekniku ta’ ►C1 trasportatur tal-ajru ◄ għal raġunijiet ta’ sigurtà, jew kwalunkwe miżura ta’ sigurtà ekwivalenti fir-rigward ta’ ►C1 trasportatur tal-ajru ◄ li m’għandu l-ebda drittijiet ta’ traffiku fil-Komunità imma li l-ajruplani tiegħu jistgħu joperaw fil-Komunità taħt ftehim ta’ kiri;
(h)
“pakkett” tfisser dawk is-servizzi definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 90/314/KEE;
(i)
“riservazzjoni” tfisser il-fatt li passiġġier għandu biljett jew prova oħra, li jindika li r-riservazzjoni ġiet aċċettata u reġistrata mill-kuntrattur ta’ trasport ta’ l-ajru;
(j)
“standards ta’ sigurtà relevanti” tfisser l-istandards ta’ sigurtà internazzjonali li jinsabu fil-Konvenzjoni ta’ Chicago u l-Annessi tagħha kif ukoll, fejn hu applikabbli, dawk fil-liġi Komunitarja relevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|