+KAPITOLU I SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
---+Artikolu 1
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
------+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 2

KAPITOLU I SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU I SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1
Artikolu 2

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

“Skema ta' liċenzi għall-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur tal-Forestrija” (minn hawn 'il quddiem l-iskema ta' liċenzi FLEGT') tfisser il-ħruġ ta' liċenzi għal prodotti ta' l-injam għall-esportazzjoni lejn il-Komunità minn pajjiżi msieħba u l-implimentazzjoni tagħha fil-Komunità, b'mod partikolari taħt id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar kontrolli fuq il-fruntiera;

2. 

“pajjiż imsieħeb” tfisser kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali li jidħlu fi Ftehim ta' Sħubija, kif elenkati fl-Anness I;

3. 

“Ftehim ta' Sħubija” tfisser ftehim bejn il-Komunità u pajjiż imsieħeb li permezz tiegħu l-KE u pajjiż imsieħeb jimpenjaw ruħhom li jaħmdu flimkien sabiex jappoġġjaw il-Pjan ta' Azzjoni FLEGT u jimplimentaw l-iskema ta' liċenzi FLEGT;

4. 

“organizzazzjoni reġjonali” tfisser organizzazzjoni magħmula minn Stati sovrani li trasferixxew il-kompetenza lil dik l-organizzazzjoni, u b'hekk ikunu tawha l-kapaċità li tidħol fi Ftehim ta' Sħubija f'isimhom, fir-rigward ta' kwistjonijiet regolati mill-iskema ta' liċenzi FLEGT, kif elenkati fl-Anness I;

5. 

“liċenzja FLEGT” tfisser dokument ibbażat fuq it-trasbord jew ibbażat fuq il-parteċipant fis-suq f'format standard li għandu jkun reżistenti għall-falsifikazzjoni u t-tbagħbis, ikun verifikabbli, u li jirriferi għal trasbord konformi mar-rekwiżiti ta' l-iskema ta' liċenzi FLEGT, debitament maħruġ u validat minn awtorità tal-liċenzi ta' pajjiż imsieħeb. Is-sistemi għall-ħruġ, registrazzjoni u komunikazzjoni ta' liċenzi jistgħu jkunu bbażati fuq l-użu ta' karti (paper-based) jew fuq l-użu ta' mezzi elettroniċi, skond kif ikun dettat mill-każ;

6. 

“parteċipant fis-suq” tfisser attur, privat jew pubbliku, involut fil-forestrija jew fit-trasformazzjoni jew kummerċ ta' prodotti ta' l-injam;

7. 

“awtorità jew awtoritajiet tal-liċenzi” tfisser l-awtorità jew awtoritajiet nominati minn pajjiż imsieħeb għall-ħruġ u l-validazzjoni tal-liċenzi FLEGT;

8. 

“awtorità jew awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtorità jew awtoritajiet nominati minn Stat Membru ta' l-UE sabiex jivverifikaw il-liċenzi FLEGT;

9. 

“prodotti ta' l-injam” tfisser il-prodotti elenkati fl-Annessi II u III, li għalihom tapplika l-iskema ta' liċenzi FLEGT, u li, meta jiġu importati lejn il-Komunità, ma jistawx jiġu kwalifikati bħala “merkanzija ta' natura mhux kummerċjali” kif stabbilit fil-punt 6 ta' l-Artikolu 1 Ir-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju ( 1 );

10. 

“injam prodott legalment” tfisser prodotti ta' l-injam prodotti minn injam domestiku li kien maqtugħ legalment jew li kien importat legalment f'pajjiż imsieħeb skond il-liġijiet nazzjonali determinati minn dak il-pajjiż imsieħeb u kif stabbilit fil-Ftehim ta' Sħubija;

11. 

“importazzjonijiet” tfisser ir-rilaxx ta' prodotti ta' l-injam għaċ-ċirkolazzjoni libera fis-sens ta' l-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/1992 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 2 );

12. 

“trasbord” tfisser trasbord ta' prodotti ta' l-injam;

13. 

“esportazzjoni” tfisser it-tluq fiżiku jew it-teħid ta' prodotti ta' l-injam minn kwalunkwe parti tat-territorju ta' pajjiż imsieħeb sabiex jinġabu fil-Komunità;

14. 

“monitoraġġ minn parti terza” tfisser sistema li permezz tagħha organizzazzjoni li tkun indipendenti mill-awtoritajiet tal-gvern ta' pajjiż imsieħeb u mis-settur tiegħu tal-forestrija u ta' l-injam tissorvelja u tirrapporta dwar l-operat ta' l-iskema ta' liċenzi FLEGT.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32005R2173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.