|
+Artikolu 2 |
Artikolu 2Artikolu 2 Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.
“Skema ta' liċenzi għall-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur tal-Forestrija” (minn hawn 'il quddiem l-iskema ta' liċenzi FLEGT') tfisser il-ħruġ ta' liċenzi għal prodotti ta' l-injam għall-esportazzjoni lejn il-Komunità minn pajjiżi msieħba u l-implimentazzjoni tagħha fil-Komunità, b'mod partikolari taħt id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar kontrolli fuq il-fruntiera;
2.
“pajjiż imsieħeb” tfisser kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali li jidħlu fi Ftehim ta' Sħubija, kif elenkati fl-Anness I;
3.
“Ftehim ta' Sħubija” tfisser ftehim bejn il-Komunità u pajjiż imsieħeb li permezz tiegħu l-KE u pajjiż imsieħeb jimpenjaw ruħhom li jaħmdu flimkien sabiex jappoġġjaw il-Pjan ta' Azzjoni FLEGT u jimplimentaw l-iskema ta' liċenzi FLEGT;
4.
“organizzazzjoni reġjonali” tfisser organizzazzjoni magħmula minn Stati sovrani li trasferixxew il-kompetenza lil dik l-organizzazzjoni, u b'hekk ikunu tawha l-kapaċità li tidħol fi Ftehim ta' Sħubija f'isimhom, fir-rigward ta' kwistjonijiet regolati mill-iskema ta' liċenzi FLEGT, kif elenkati fl-Anness I;
5.
“liċenzja FLEGT” tfisser dokument ibbażat fuq it-trasbord jew ibbażat fuq il-parteċipant fis-suq f'format standard li għandu jkun reżistenti għall-falsifikazzjoni u t-tbagħbis, ikun verifikabbli, u li jirriferi għal trasbord konformi mar-rekwiżiti ta' l-iskema ta' liċenzi FLEGT, debitament maħruġ u validat minn awtorità tal-liċenzi ta' pajjiż imsieħeb. Is-sistemi għall-ħruġ, registrazzjoni u komunikazzjoni ta' liċenzi jistgħu jkunu bbażati fuq l-użu ta' karti (paper-based) jew fuq l-użu ta' mezzi elettroniċi, skond kif ikun dettat mill-każ;
6.
“parteċipant fis-suq” tfisser attur, privat jew pubbliku, involut fil-forestrija jew fit-trasformazzjoni jew kummerċ ta' prodotti ta' l-injam;
7.
“awtorità jew awtoritajiet tal-liċenzi” tfisser l-awtorità jew awtoritajiet nominati minn pajjiż imsieħeb għall-ħruġ u l-validazzjoni tal-liċenzi FLEGT;
8.
“awtorità jew awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtorità jew awtoritajiet nominati minn Stat Membru ta' l-UE sabiex jivverifikaw il-liċenzi FLEGT;
9.
“prodotti ta' l-injam” tfisser il-prodotti elenkati fl-Annessi II u III, li għalihom tapplika l-iskema ta' liċenzi FLEGT, u li, meta jiġu importati lejn il-Komunità, ma jistawx jiġu kwalifikati bħala “merkanzija ta' natura mhux kummerċjali” kif stabbilit fil-punt 6 ta' l-Artikolu 1 Ir-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju ( 1 );
10.
“injam prodott legalment” tfisser prodotti ta' l-injam prodotti minn injam domestiku li kien maqtugħ legalment jew li kien importat legalment f'pajjiż imsieħeb skond il-liġijiet nazzjonali determinati minn dak il-pajjiż imsieħeb u kif stabbilit fil-Ftehim ta' Sħubija;
11.
“importazzjonijiet” tfisser ir-rilaxx ta' prodotti ta' l-injam għaċ-ċirkolazzjoni libera fis-sens ta' l-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/1992 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 2 );
12.
“trasbord” tfisser trasbord ta' prodotti ta' l-injam;
13.
“esportazzjoni” tfisser it-tluq fiżiku jew it-teħid ta' prodotti ta' l-injam minn kwalunkwe parti tat-territorju ta' pajjiż imsieħeb sabiex jinġabu fil-Komunità;
14.
“monitoraġġ minn parti terza” tfisser sistema li permezz tagħha organizzazzjoni li tkun indipendenti mill-awtoritajiet tal-gvern ta' pajjiż imsieħeb u mis-settur tiegħu tal-forestrija u ta' l-injam tissorvelja u tirrapporta dwar l-operat ta' l-iskema ta' liċenzi FLEGT. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|