|
+Artikolu 12 Informazzjoni lill-pubbliku ---+Article 12 1. ---+Article 12 2. ---+Article 12 3. ---+Article 12 4. |
Artikolu 12 Informazzjoni lill-pubblikuArtikolu 12 Informazzjoni lill-pubbliku 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tiġi mxerrda b’mod attiv u li tkun disponibbli fil-pront matul l-istaġun ta’ l-għawm f’post li jkun aċċessibbli faċilment fil-viċinanzi ta’ kull ilma għall-għawm: (a) il-klassifikazzjoni attwali ta’ l-ilma għall-għawm u kwalunkwe projbizzjoni ta’ l-għawm jew parir kontra l-għawm imsemmi f’dan l-Artikolu permezz ta’ tabella jew simbolu ċar u sempliċi; (b) deskrizzjoni ġenerali ta’ l-ilma għall-għawm, b’lingwaġġ mhux tekniku, ibbażata fuq il-profil ta’ l-ilma għall-għawm stabbilit skond l-Anness III; (c) fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm li huma soġġetti għal tniġġis għal żmien qasir: — notifika li l-ilma għall-għawm huwa soġġett għal tniġġis għal żmien qasir, — indikazzjoni tan-numru ta’ ġranet li matulhom l-għawm kien ipprojbit jew li matulhom ingħata avviż kontra tiegħu matul l-istaġun ta’ l-għawm preċedenti minħabba tali tniġġis, u — twissija kull meta tali tniġġis ikun mistenni jew ikun preżenti; (d) informazzjoni dwar in-natura u d-dewmien mistenni tas-sitwazzjonijiet anormali matul tali avvenimenti; (e) kull meta jiġi pprojbit l-għawm jew jingħata avviż kontra l-għawm, avviż li jinforma lill-pubbliku u jipprovdi raġunijiet; (f) kull meta tiddaħħal projbizzjoni permanenti jew parir permanenti kontra l-għawm, il-fatt li ż-żona konċernata ma għadiex ilma għall-għawm u r-raġunijiet għad-deklassifikazzjoni tagħha; u (g) indikazzjoni tas-sorsi ta’ informazzjoni aktar kompleta skond il-paragrafu 2. 2. L-Istati Membri għandhom jużaw il-mezzi tax-xandir u t-teknoloġiji xierqa, inkluż l-Internet, sabiex attivament u mill-ewwel ixerrdu l-informazzjoni dwar l-ilmijiet għall-għawm imsemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll l-informazzjoni li ġejja, f’ aktar minn lingwa waħda fejn jixraq: (a) lista ta’ ilmijiet għall-għawm; (b) il-klassifikazzjoni ta’ kull ilma għall-għawm fuq medda ta’ l-aħħar tliet snin u l-profil ta’ l-ilma għall-għawm tiegħu, inklużi r-riżultati ta’ monitoraġġ li jkun sar skond din id-Direttiva mill-aħħar klassifikazzjoni; (c) fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm klassifikati bħala “fqar”, informazzjoni dwar il-kawżi ta’ tniġġis u l-miżuri meħuda sabiex tiġi evitata l-esposizzjoni ta’ l-għawwiema għat-tniġġis u sabiex jiġu trattati l-kawżi tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 5(4); u (d) fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm soġġetti għal tniġġis għal żmien qasir, informazzjoni ġenerali dwar: — il-kondizzjonijiet li probabbli jwasslu għal tniġġis għal żmien qasir, — il-probabbilità ta’ tniġġis bħal dan u d-dewmien probabbli tiegħu, — il-kawżi ta’ tniġġis u l-miżuri li ttieħdu bil-għan li tiġi evitata l-esposizzjoni ta’ l-għawwiema għat-tniġġis u sabiex jiġu trattati l-kawżi tiegħu. Il-lista msemmija f’punt (a) għandha tkun disponibbli kull sena qabel il-bidu ta’ l-istaġun ta’ l-għawm. Ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi f’ punt (b) għandhom ikunu disponibbli fuq l-internet hekk kif titlesta l-analiżi. 3. L-informazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun imxerrda malli ssir disponibbli u b’effett mill-bidu tal-ħames staġun ta’ l-għawm wara 24 Marzu 2008. 4. L-Istati Membri u l-Kummisjoni għandhom, fejn ikun possibbli, jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku bl-użu ta’ teknoloġija ġeo-referenzjata u jippreżentawha b’mod ċar u koerenti, b’mod partikolari permezz ta’ l-użu ta’ sinjali u simboli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|