+KAPITOLU IV DISPOSIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 14 Rapport u reviżjoni
------+Article 14 1.
------+Article 14 2.
------+Article 14 3.
---+Artikolu 15 Adattamenti tekniċi u miżuri ta’ implimentazzjoni
------+Article 15 1.
------+Article 15 2.
------+Article 15 3.
---+Artikolu 16 Proċedura tal-kumitat
------+Article 16 1.
------+Article 16 2.
------+Article 16 3.
---+Artikolu 17 Tħassir
------+Article 17 1.
------+Article 17 2.
------+Article 17 3.
---+Artikolu 18 Implimentazzjoni
------+Article 18 1.
------+Article 18 2.
---+Artikolu 19 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 20 L-indirizzati

KAPITOLU IV DISPOSIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU IV DISPOSIZZJONIJIET FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 Rapport u reviżjoni

Artikolu 14

Rapport u reviżjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-2008, tippreżenta rapport, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jiffoka b’mod partikulari fuq:

(a) ir-riżultati ta’ studju epidemjoloġiku Ewropew xieraq imwettaq mill-Kummissjoni b’kollaborazzjoni ma’ l-Istati Membri;

(b) żviluppi oħra xjentifiċi, analitiċi u epidemjoloġiċi rilevanti għall-parametri tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm, inkluż fir-rigward ta’ viruses; u

(ċ) rakkomandazzjonijiet ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

2.  Sa l-aħħar ta’ l-2014, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub lill-Kummissjoni dwar dak ir-rapport inkluż dwar il-ħtieġa għal kwalunkwe riċerka jew stima ulterjuri li jistgħu ikunu meħtieġa sabiex jgħinu lill-Kummissjoni fir-reviżjoni tagħha ta’ din id-Direttiva taħt il-paragrafu 3.

3.  Fid-dawl tar-rapport, l-osservazzjonijiet bil-miktub ta’ l-Istati Membri u l-istima ta’ l-impatt estiża u fid-dawl ta’ l-esperjenza akkwistata mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-2020, tirrevedi din id-Direttiva b’attenzjoni partikolari għall-parametri tal-kwalità ta’ l-ima għall-għawm, inkluż fuq jekk ikunx xieraq li tiġi mtemma gradwalment il-klassifikazzjoni “suffiċjenti” jew li timmodifika l-istandards applikabbli, u għandha tippreżenta kif xieraq il-proposti leġislattivi meħtieġa skond l-Artikolu 251 tat-Trattat.

▼M1

Artikolu 15 Adattamenti tekniċi u miżuri ta’ implimentazzjoni

Artikolu 15

Adattamenti tekniċi u miżuri ta’ implimentazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 16(2) tistabbilixxi dan li ġej:

(a) regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 8(1), il-punt (a) tal-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 12(4);

(b) linji ta’ gwida għal metodu komuni għall-istima ta’ kampjuni singoli

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri li ġejjin:

(a) l-ispeċifikazzjoni tal-istandard tal-EN/ISO dwar l-ekwivalenza ta’ metodi mikrobijoloġiċi għall-finijiet tal-Artikolu 3(9);

(b) kwalunkwe emendi meħtieġa sabiex jiġu adattati l-metodi ta’ analiżi għall-parametri stabbiliti fl-Anness I fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku;

(ċ) kwalunkwe emendi meħtieġa sabiex jiġi adattat l-Anness V fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).

3.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 f’dak li jirrigwarda l-punt (a) tal-Artikolu 12(1) sal-24 ta’ Marzu 2010. Qabel tagħmel dan, għandha tikkonsulta r-rappreżentanti tal-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet turistiċi u tal-konsumaturi kkonċernati u partijiet interessati oħra. Wara l-adozzjoni ta’ regoli rilevanti, għandha tippubblikhom permezz tal-Internet.

▼B

Artikolu 16 Proċedura tal-kumitat

Artikolu 16

Proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

▼M1

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 17 Tħassir

Artikolu 17

Tħassir

1.  Id-Direttiva 76/160/KEE hija b’dan imħassra b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2014. Soġġett għall-paragrafu 2, dan it-tħassir għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti taż-żmien għal traspożizzjoni u applikazzjoni stabbiliti fid-Direttiva mħassra.

2.  Hekk kif Stat Membru jkun ħa l-miżuri kollha legali, amministrattivi u prattiċi neċessarji biex jikkonforma ma’ din id-Direttiva, din id-Direttiva tibda tapplika, filwaqt li tissostitwixxi d-Direttiva 76/160/KEE.

3.  Riferimenti magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħala magħmula għal din id-Direttiva.

Artikolu 18 Implimentazzjoni

Artikolu 18

Implimentazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa 24 Marzu 2008. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn ta’ l-aħħar għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandha titqiegħed magħhom tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-mod kif għandha ssir tali referenza għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 19 Dħul fis-seħħ

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20 L-indirizzati

Artikolu 20

L-indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0007
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.