+ANNESS II L-istima u l-klassifikazzjoni ta’ l-ilma għall-għawm

ANNESS II L-istima u l-klassifikazzjoni ta’ l-ilma għall-għawm

ANNESS II

L-istima u l-klassifikazzjoni ta’ l-ilma għall-għawm

1.   Kwalità fqira

L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu klassifikati bħala “fqar” jekk, fis-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għall-aħħar perjodu ta’ stima ( 14 ), il-valuri perċentili ( 15 ) għall-enumerazzjonijiet mikrobijoloġiċi jkunu agħar ( 16 ) mill-valuri ta’ “kwalità suffiċjenti” stabbiliti fl-Anness I, Kolonna D.

2.   Kwalità suffiċjenti

L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu kklassifikati bħala “suffiċjenti”:

1) jekk, fis-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għall-aħħar perjodu ta’ stima, il-valuri perċentili għall-enumerazzjonijiet mikrobijoloġiċi huma daqs jew aħjar ( 17 ) mill-valuri ta’ “kwalità suffiċjenti” stabbiliti fl-Anness I, Kolonna D; u

2) jekk l-ilma għall-għawm ikun soġġett għal tniġġis għal żmien qasir, bil-kondizzjoni li:

(i) ikunu qegħdin jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar, li jinkludu sorveljanza, sistemi ta’ twissija bikrija u monitoraġġ, bil-għan li tiġi evitata l-espożizzjoni ta’ l-għawwiema permezz ta’ twissija jew, fejn ikun neċessarju, projbizzjoni ta’ l-għawm;

(ii) ikunu qegħdin jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar sabiex jiġu evitati, imnaqqsa jew eliminati l-kawżi ta’ tniġġis; u

(iii) in-numru ta’ kampjuni injorati skond l-Artikolu 3(6) minħabba tniġġis għal żmien qasir matul l-aħħar perjodu ta’ stima rrapreżentaw mhux iktar minn 15 % tan-numru totali ta’ kampjuni previsti fil-kalendarji ta’ monitoraġġ stabbiliti għal dak il-perjodu, jew mhux iktar minn kampjun wieħed kull staġun ta’ l-għawm, ikun liema jkun l-ikbar.

3.   Kwalità tajba

L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu kklassifikati bħala “tajba”:

1) jekk, fis-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għall-aħħar perjodu ta’ stima, il-valuri perċentili għall-enumerazzjonijiet mikrobijoloġiċi huma daqs jew aħjar (17)  mill-valuri ta’ “kwalità tajba” stabbiliti fl-Anness I, Kolonna Ċ; u

2) jekk l-ilma għall-għawm huwa soġġett għal tniġġis għal żmien qasir, bil-kondizzjoni li:

(i) ikunu qegħdin jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar, li jinkludu sorveljanza, sistemi ta’ twissija bikrija u monitoraġġ, bil-għan li tiġi evitata l-espożizzjoni ta’ l-għawwiema, permezz ta’ twissija jew, fejn ikun neċessarju, projbizzjoni ta’ l-għawm;

(ii) ikunu qegħdin jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar sabiex jiġu evitati, imnaqqsa jew eliminati l-kawżi ta’ tniġġis; u

(iii) in-numru ta’ kampjuni injorati skond l-Artikolu 3(6) minħabba tniġġis għal żmien qasir matul l-aħħar perjodu ta’ stima rrapreżentaw mhux iktar minn 15 % tan-numru totali ta’ kampjuni previsti fil-kalendarji ta’ monitoraġġ stabbiliti għal dak il-perjodu, jew mhux iktar minn kampjun wieħed kull staġun ta’ l-għawm, ikun liema jkun l-ikbar.

4.   Kwalità eċċellenti

L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu kklassifikati bħala “eċċellenti”:

1) jekk, is-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għall-aħħar perjodu ta’ stima, il-valuri perċentili għall-enumerazzjonijiet mikrobijoloġiċi huma daqs jew aħjar mill-valuri ta’ “kwalità eċċellenti” stabbiliti fl-Anness I, Kolonna B; u

2) jekk l-ilma għall-għawm ikun soġġett għal tniġġis għal żmien qasir, bil-kondizzjoni li:

(i) ikunu qegħdin jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar, li jinkludu sorveljanza, sistemi ta’ twissija bikrija u monitoraġġ, bil-għan li tiġi evitata l-espożizzjoni ta’ l-għawwiema, permezz ta’ twissija jew, fejn ikun neċessarju, projbizzjoni ta’ l-għawm;

(ii) ikunu qegħdin jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar sabiex jiġu evitati, imnaqqsa jew eliminati l-kawżi ta’ tniġġis; u

(iii) in-numru ta’ kampjuni injorati skond l-Artikolu 3(6) minħabba tniġġis għal żmien qasir matul l-aħħar perjodu ta’ stima rrapreżentaw mhux iktar minn 15 % tan-numru totali ta’ kampjuni previsti fil-kalendarji ta’ monitoraġġ stabbiliti għal dak il-perjodu, jew mhux iktar minn kampjun wieħed kull staġun ta’ l-għawm, ikun liema jkun l-ikbar.

NOTI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0007
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.