|
+Artikolu 6 ---+Article 6 1. ---+Article 6 2. ---+Article 6 3. ---+Article 6 4. ---+Article 6 5. ---+Article 6 6. |
Artikolu 6Artikolu 6 Prevenzjoni ta’ inċidenti maġġuri u informazzjoni 1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal faċilitajiet ta’ l-iskart tal-Kategorija A, ħlief għal dawk il-faċilitajiet ta’ l-iskart li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 96/82/KE. 2. Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, u b’mod partikolari d-Direttivi 92/91/KEE u 92/104/KEE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perikolu ta’ inċidenti maġġuri jiġi identifikat u li l-karatteristiċi meħtieġa jiġu inkorporati fl-ippjanar, il-kostruzzjoni, l-operazzjoni u l-manutenzjoni, l-għeluq u l-fażi ta’ wara l-għeluq tal-faċilità ta’ l-iskart sabiex jiġu evitati tali inċidenti u jiġu limitati l-konsegwenzi negattivi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent, inkluż kwalunkwe impatt transkonfinali. 3. Għall-finijiet tar-rekwiżiti taħt il-paragrafu 2, kull operatur għandu, qabel il-bidu ta’ l-operazzjonijiet, ifassal politika ta’ prevenzjoni ta’ l-inċidenti maġġuri għall-immaniġġar ta’ skart ta’ estrazzjoni u jpoġġi fis-seħħ sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà li jimplimetaha, skond l-elementi stabbiliti f' Taqsima 1 ta’ l-Anness I, u għandu wkoll ipoġġi fis-seħħ pjan ta’ emerġenza intern li jispeċifika l-miżuri li għandhom jittieħdu fis-sit fil-każ ta’ inċident. Bħala parti minn dik il-politika, l-operatur għandu jaħtar direttur tas-sigurtà responsabbli għall-implimentazzjoni u s-superviżjoni perjodika tal-politika ta' prevenzjoni ta' inċidenti maġġuri. L-awtorità kompetenti għandha tfassal pjan ta' emerġenza estern li jispeċifika l-miżuri li għandhom jittieħdu barra mis-sit fil-każ ta’ inċident. Bħala parti mill-applikazzjoni għal permess, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni meħtieġa sabiex din ta’ l-aħħar tkun tista’ tfassal dak il-pjan. 4. Il-pjanijiet ta’ emerġenza msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikollhom l-għanijiet li ġejjin: a) sabiex jiġu kontenuti u kkontrollati l-inċidenti maġġuri u inċidenti oħra biex b’hekk jiġu minimizzati l-effetti tagħhom, u b’mod partikolari biex tiġi limitata l-ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent; b) sabiex jiġu implimentati l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent mill-effetti ta’ inċidenti maġġuri u inċidenti oħra; ċ) sabiex l-informazzjoni meħtieġa tiġi komunikata lill-pubbliku u lis-servizzi jew l-awtoritajiet relevanti fl-inħawi; d) sabiex jaħsbu għar-riabilitazzjoni, r-restawr u t-tindif ta’ l-ambjent wara inċident maġġuri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'każ ta' inċident maġġuri, l-operatur jipprovdi minnufih lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex tgħin sabiex jiġu minimizzati l-konsegwenzi tiegħu għas-saħħa tal-bniedem u sabiex jiġi valutat u minimizzat il-grad tal-ħsara, attwali jew potenzjali, għall-ambjent. 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku konċernat jingħata opportunitajiet bikrija u effettivi sabiex jipparteċipa fit-tħejjija jew ir-reviżjoni tal-pjan ta' emerġenza estern li għandu jiġi mfassal skond il-paragrafu 3. Għal dak il-għan, il-pubbliku konċernat għandu jiġi infurmat dwar kwalunkwe tali proposta u l-informazzjoni rilevanti għandha ssir disponibbli, inkluż inter alia informazzjoni dwar id-dritt għall-parteċipazzjoni fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u dwar l-awtorità kompetenti li lilha jistgħu jiġu ppreżentati kummenti u mistoqsijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku konċernat ikollu d-dritt jesprimi kummenti f’termini ta’ żmien raġonevoli u li, fid-deċiżjoni dwar il-pjan ta' emerġenza estern, jittieħed kont dovut ta’ dawn il-kummenti. 6. L-Istati Membru għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-miżuri ta’ sigurtà u dwar l-azzjoni meħtieġa fil-każ ta’ inċident, li fiha mill-inqas l-elementi mniżżla f' taqsima 2 ta’ l-Anness I tiġi pprovduta, mingħajr ħlas u awtomatikament, lill-pubbliku konċernat. Dik l-informazzjoni għandha tiġi riveduta kull tliet snin u, fejn meħtieġ, aġġornata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|