+Artikolu 13
---+Article 13 1.
---+Article 13 2.
---+Article 13 3.
---+Article 13 4.
---+Article 13 5.
---+Article 13 6.
|
Artikolu 13
Artikolu 13 Prevenzjoni tad-deterjorament ta' l-istatus ta' l-ilma, tat-tniġġis ta' l-arja u tal-ħamrija 1. L-awtorità kompetenti għandha tissodisfa lilha nfisha li l-operatur ikun ħa l-miżuri meħtieġa sabiex jilħaq l-istandards ambjentali tal-Komunità, b'mod partikulari, biex jipprevjeni, skond id-Direttiva 2000/60/KE, id-deterjorament ta' l-istat attwali ta' l-ilma, inter alia billi:
a) jivvaluta l-potenzjal ta' ġenerazzjoni tal-lissija, inkluż il-kontenut kontaminanti tal-lissija, ta' l-iskart depożitat matul il-fasi kemm operazzjonali kif ukoll ta' wara l-għeluq tal-faċilità ta' l-iskart u jiddetermina l-bilanċ ta' l-ilma tal-faċilità ta' l-iskart;
b) jevita jew jimminimizza l-ġenerazzjoni tal-lissija u li l-ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ u l-ħamrija jiġu kkontaminati mill-iskart;
ċ) jiġbor u jittratta l-ilma kkontaminat u l-lissija miġbura mill-faċilità ta' l-iskart sabiex jilħqu l-istandard xieraq meħtieġ għall-iskarikar tagħhom.
2. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operatur ikun ħa miżuri xierqa sabiex jevita jew inaqqas l-emissjonijiet ta' trab u ta' gass. 3. Fejn, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji ambjentali, filwaqt li jittieħed kont, partikolarment, tad-Direttivi 76/464/KEE, 80/68/KEE jew 2000/60/KE, kif applikabbli, l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li l-ġbir u t-trattament tal-lissija mhux meħtieġa jew ikun ġie stabbilit li l-faċilità ta' l-iskart ma toħloq ebda perikli potenzjali għall-ħamrija, l-ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti b) u ċ) tal-paragrafu 1 jistgħu jitnaqqsu jew jitneħħew skond dan. 4. L-Istati Membri għandhom iħallu li jsir rimi ta' skart ta' estrazzjoni, kemm f'forma solida, likwida jew tajn fi kwalunkwe korp ta' ilma li jirċievi barra minn wieħed mibni għall-iskop li jintrema skart ta' estrazzjoni bil-kondizzjoni li l-operatur jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tad-Direttiva 76/464/KEE, 80/68/KEE u 2000/60/KE. 5. Meta skart ta' estrazzjoni jitpoġġa lura fi spazji mħaffra, sew jekk hemm jekk saru permezz ta' estrazzjoni minn fuq wiċċ l-art kif ukoll minn taħt l-art, li jkunu se jitħallew jegħrqu wara l-għeluq, l-operatur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprevjeni jew jimminimizza d-deterjorazzjoni ta' l-istatus ta' l-ilma u t-tniġġis tal-ħamrija skond, mutatis mutandis, il-paragrafu (1) u (3). L-operatur għandu jipprovdi lill-Awtorità Kompetenti bl-informazzjoni neċessarju biex tiżgura li jiġu eżegwiti l-obbligazzjonijiet tal-Komunità b'mod partikolari dawk imsemmija fid-Direttiva 2000/60/KE. 6. Fil-każ ta' għadira li tkun tinvolvi l-preżenza taċ-ċjanur, l-operatur għandu jiżgura li l-konċentrazzjoni taċ-ċjanur dissoċjabbli b'aċtu dgħajjef fl-għadira titnaqqas għall-inqas livell possibbli billi jintużaw l-aħjar tekniki disponibbli u li, fi kwalunkwe każ, f'faċilitajiet li jkunu ngħataw permess qabel jew li kienu diġà joperaw fl-1 ta' Mejju 2008 li l-konċentrazzjoni ta' ċjanur dissoċjabbli b'aċtu dgħajjef fil-ħin ta' l-iskarigu tat-tailings mill-impjant ta' pproċessar għal ġewwa l-għadira ma jaqbiżx il-50 ppm mill-1 ta' Mejju 2008, il-25 ppm mill-1 ta' Mejju 2013, l-10 ppm mill-1 ta' Mejju 2018 u l-10 ppm f'faċilitajiet li jingħataw permess wara l-1 ta' Mejju 2008. Jekk jiġi mitlub jagħmel hekk mill-awtorità kompetenti, l-operatur għandu juri, permezz ta' valutazzjoni tar-riskju li tieħu kont tal-kondizzjonijiet speċifiċi tas-sit, li ma hemmx bżonn li dawk il-limiti ta' konċentrazzjonijiet jitnaqqsu aktar.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Article 13 1.
|
The competent authority shall satisfy itself that the operator has taken the necessary measures in order to meet Community environmental standards, in particular to prevent, in accordance with Directive 2000/60/EC, the deterioration of current water status, inter alia, by:
(a)
evaluating the leachate generation potential, including contaminant content of the leachate, of the deposited waste during both the operational and after‐closure phase of the waste facility, and determining the water balance of the waste facility;
(b)
preventing or minimising leachate generation and surface water or groundwater and soil from being contaminated by the waste;
(c)
collecting and treating contaminated water and leachate from the waste facility to the appropriate standard required for their discharge.
|
|
Article 13 2.
|
The competent authority shall ensure that the operator has taken adequate measures to prevent or reduce dust and gas emissions.
|
|
Article 13 3.
|
Where, on the basis of an assessment of environmental risks, taking into account, in particular, Directives 76/464/EEC, 80/68/EEC or 2000/60/EC, as applicable, the competent authority has decided that collection and treatment of leachate is not necessary or it has been established that the waste facility poses no potential hazard to soil, groundwater or surface water, the requirements set out in points (b) and (c) of paragraph 1 may be reduced or waived accordingly.
|
|
Article 13 4.
|
Member States shall make the disposal of extractive waste, whether in solid, slurry or liquid form, into any receiving body of water other than one constructed for the purpose of disposing of extractive waste conditional upon compliance by the operator with the relevant requirements of Directives 76/464/EEC, 80/68/EEC and 2000/60/EC.
|
|
Article 13 5.
|
When placing extractive waste back into excavation voids, whether created through surface or underground extraction, which will be allowed to flood after closure, the operator shall take the necessary measures to prevent or minimise water status deterioration and soil pollution in accordance, mutatis mutandis, with paragraphs (1) and (3).The operator shall provide the competent authority with the information necessary to ensure compliance with Community obligations, in particular those in Directive 2000/60/EC.
|
|
Article 13 6.
|
In the case of a pond involving the presence of cyanide, the operator shall ensure that the concentration of weak acid dissociable cyanide in the pond is reduced to the lowest possible level using best available techniques and, in any case, at waste facilities which have previously been granted a permit or have already been in operation on 1 May 2008 that the concentration of weak acid dissociable cyanide at the point of discharge of the tailings from the processing plant into the pond does not exceed 50 ppm as from 1 May 2008, 25 ppm as from 1 May 2013, 10 ppm as from 1 May 2018 and 10 ppm at waste facilities which are granted a permit after 1 May 2008.
If the competent authority so requests, the operator shall demonstrate, through a risk assessment that takes site-specific conditions into account, that those concentration limits need not be further lowered.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.08.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0021
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|