+Artikolu 14
---+Article 14 1.
---+Article 14 2.
---+Article 14 3.
---+Article 14 4.

Artikolu 14

Artikolu 14

Garanzija finanzjarja

1.  L-awtorità kompetenti għandha, qabel ma jinbdew kwalunkwe operazzjonijiet li jinvolvu l-akkumulu jew id-depożitu ta' skart ta' l-estrazzjoni ġo faċilità ta' l-iskart, titlob garanzija finanzjarja (p.e. f'forma ta' depożitu finanzjarju, inklużi fondi ta' garanzija reċiproka sponserjati mill-industrija) jew l-ekwivalenti, skond proċeduri li jridu jiġu deċiżi mill-Istati Membri, sabiex:

a) l-obbligi kollha taħt il-permess li jinħareġ skond din id-Direttiva, inklużi d-dispożizzjonijiet ta' wara l-għeluq, jiġu sodisfatti;

b) ikun hemm fondi faċilment disponibbli fi kwalunkwe ħin għar-riabilitazzjoni ta' l-art affettwata mill-faċilità ta' l-iskart, kif deskritta fil-pjan ta' mmanniġġar ta' skart ppreparat skond l-Artikolu 5 u meħtieġ mill-permess skond l-Artikolu 7.

2.  Il-kalkolu tal-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jsir abbażi ta':

a) l-impatt ambjentali probabbli tal-faċilità ta' skart, filwaqt li jittieħed kont partikolarment tal-kategorija tal-faċilità ta' skart, tal-karatteristiċi ta' l-iskart u ta' l-użu futur ta' l-art riabilitata;

b) il-presunzjoni li terzi partijiet indipendenti u kwalifikati kif xieraq jivvalutaw u jwettqu kwalunkwe xogħol ta' riabilitazzjoni meħtieġ.

3.  L-ammont tal-garanzija għandu jiġi aġġustat perjodikament skond kwalunkwe xogħol ta' riabilitazzjoni li jeħtieġ li jitwettaq fil-faċilità ta' l-iskart, kif deskritta fil-pjan ta' mmanniġġar ta' skart ippreparat skond l-Artikolu 5 u meħtieġ mill-permess skond l-Artikolu 7.

4.  Fejn l-awtorità kompetenti tapprova l-għeluq skond l-Artikolu 12(3), għandha tipprovdi lill-operatur b'dikjarazzjoni bil-miktub li teħilsu mill-obbligu ta' garanzija msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bl-eċċezzjoni ta' l-obbligi ta' wara l-għeluq kif imsemmi fl-Artikolu 12(4).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 14 1.

The competent authority shall, prior to the commencement of any operations involving the accumulation or deposit of extractive waste in a waste facility, require a financial guarantee (e.g. in the form of a financial deposit, including industry-sponsored mutual guarantee funds) or equivalent, in accordance with procedures to be decided by the Member States, so that:

(a) 

all obligations under the permit issued pursuant to this Directive, including after-closure provisions, are discharged;

(b) 

there are funds readily available at any given time for the rehabilitation of the land affected by the waste facility, as described in the waste management plan prepared pursuant to Article 5 and required by the Article 7 permit.

Article 14 2.

The calculation of the guarantee referred to in paragraph 1 shall be made on the basis of:

(a) 

the likely environmental impact of the waste facility, taking into account in particular the category of the waste facility, the characteristics of the waste and the future use of the rehabilitated land;

(b) 

the assumption that independent and suitably qualified third parties will assess and perform any rehabilitation work needed.

Article 14 3.
The size of the guarantee shall be periodically adjusted in accordance with any rehabilitation work needed to be carried out on the land affected by the waste facility, as described in the waste management plan prepared pursuant to Article 5 and required by the Article 7 permit.
Article 14 4.
Where the competent authority approves closure in accordance with Article 12(3), it shall provide the operator with a written statement releasing him from the guarantee obligation referred to in paragraph 1 of this Article with the exception of after-closure obligations as referred to in Article 12(4).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.08.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0021
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.