|
+Artikolu 24 ---+Article 24 1. ---+Article 24 2. ---+Article 24 3. ---+Article 24 4. |
Artikolu 24Artikolu 24 Dispożizzjoni transitorja 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe faċilità ta' l-iskart li tkun ingħatat permess jew li diġà tkun qed topera fl-1 ta' Mejju 2008 tkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sa l-1 ta' Mejju 2012, ħlief għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 14(1) li għalihom il-konformità trid tiġi żgurata sa l-1 ta' Mejju 2014 u għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 13(6) li għalihom il-konformità trid tiġi żgurata skond il-programm ta' żmien stabbilit hemmhekk. 2. Il-paragrafu 1 ma japplikax għal faċilitajiet ta' skart li jkunu magħluqa sa l-1 ta' Mejju 2008. 3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li mill-1 ta' Mejju 2006 u minkejja kull għeluq ta' faċilità ta' l-iskart imsemmija wara dik id-data u qabel l-1 ta' Mejju 2008, l-iskart ta' estrazzjoni jiġi mmaniġġat b'mod li ma jippreġudikax it-twettiq ta' l-Artikolu 4(1) ta' din id-Direttiva, u rekwiżiti ambjentali applikabbli oħra msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità li tinkludi d-Direttiva 2000/60/KE. 4. L-Artikoli 5, 6(3) sa (5), 7, 8, 12(1) u (2) u 14(1) sa (3) ta' din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal dawk il-faċilitajiet ta' skart li: — waqfu milli jaċċettaw skart qabel l-1 ta' Mejju 2006, — qed ilestu l-proċeduri ta' għeluq skond il-liġi Komunitarja jew nazzjonali applikabbli jew il-programmi approvati mill-awtorità kompetenti u — sejrin ikunu effettivament magħluqa sal-31 ta' Diċembru 2010. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'tali każijiet sa l-1 ta' Awwissu 2008, u jiżguraw li dawn il-faċilitajiet jiġu amministrati b'mod li ma jippreġudikax il-kisba tal-miri ta' din id-Direttiva b'mod partikolari l-għanijiet ta' l- Artikolu 4(1) u dawk ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, inkluża d-Direttiva 2000/60/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|