|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: 1) “batterija” jew “akkumulatur” tfisser kwalunkwe sors ta' enerġija elettrika ġġenerata permezz tal-konversjoni diretta ta' enerġija kimika u li jikkonsisti f'ċellula primarja ta' batterija (mhux rikarikabbli) waħda jew aktar jew li jikkonsisti f'ċellula sekondarja ta' batterija (rikarikabbli) waħda jew aktar; 2) “pakkett ta' batteriji” tfisser kwalunkwe sett ta' batteriji jew akkumulaturi li huma konnessi flimkien u/jew magħluqin f'qoxra minn barra sabiex jifformaw unità kompleta li l-utent aħħari mhux intiż li jifred jew li jiftaħ; 3) “batterija jew akkumulatur portabbli” tfisser kwalunkwe batterija, ċelluli buttuna, pakkett tal-batteriji jew akkumulatur li: (a) huma ssiġillati; u (b) jistgħu jinġarru fl-idejn; u (ċ) la huma batterija jew akkumulatur industrijali u lanqas batterija jew akkumulatur awtomotiv; 4) “ċellula buttuna” tfisser kull batterija jew akkumulatur tond, żgħir, portabbli li d-dijametru tiegħu huwa akbar mill-għoli tiegħu u li huwa użat għal għanijiet speċjali bħalma huma apparat tas-smigħ, arloġġi, tagħmir portabbli żgħir u enerġija ta' riżerva; 5) “batterija jew akkumulatur awtomotiv” tfisser kwalunkwe batterija jew akkumulatur użat għall-enerġija ta' l-istartjar, dawl jew ignition awtomotiv; 6) “batterija jew akkumulatur industrijali” tfisser kwalunkwe batterija jew akkumulatur maħsuba għal użu esklussivament industrijali jew professjonali jew użati fi kwalunkwe tip ta' vettura elettrika; 7) “skart ta' batterija jew ta' akkumulatur” tfisser kwalunkwe batterija jew akkumulatur li hu skart skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2006/12/KE; 8) “riċiklaġġ” tfisser l-ipproċessar mill-ġdid fi proċess ta' produzzjoni ta' materjal ta' l-iskart għall-għan oriġinali tiegħu jew għal għanijiet oħra, iżda li jeskludi l-irkupru ta' l-enerġija; 9) “rimi” tfisser kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet applikabbli previsti fl-Anness IIA għad-Direttiva 2006/12/KE; 10) “trattament” tfisser kwalunkwe attività mwettqa fuq skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi wara li jkunu ġew mgħoddija lil xi faċilità sabiex jintgħażlu, jiġu ppreparati għar-riċiklaġġ jew ippreparati għar-rimi; 11) “appliance” tfisser kwalunkwe tagħmir ta' l-elettriku jew elettroniku, kif definit mid-Direttiva 2002/96/KE, li huwa mħaddem kompletament jew parzjalment minn batteriji jew akkumulaturi jew jista' jkun hekk imħaddem; 12) “produttur” tfisser kwalunkwe persuna fi Stat Membru li, irrespettivament mit-teknika ta' bejgħ użata, inkluż permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod, kif definiti fid-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod ( 1 ), tqiegħed batteriji jew akkumulaturi, inklużi dawk inkorporati f'appliances jew vetturi, fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' dak l-Istat Membru fuq bażi professjonali; 13) “distributur” tfisser kwalunkwe persuna li tipprovdi batteriji u akkumulaturi fuq bażi professjonali lil utent aħħari; 14) “tqegħid fis-suq” tfisser il-forniment jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni, kemm jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, lil terza persuna fil-Komunità u tinkludi l-importazzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità; 15) “operaturi ekonomiċi” tfisser kull produttur, distributur, kollettur, riċiklatur jew operaturi oħra ta' trattament; 16) “għodda mingħajr fil mħaddma bl-enerġija” tfisser kwalunkwe appliance miżmum fl-idejn u mħaddem b'batterija jew b'akkumulatur u intiż għal attivitajiet ta' manutenzjoni, kostruzzjoni jew ġardinaġġ; 17) “ir-rata ta' ġbir” tfisser, għal Stat Membru partikolari f'sena kalendarja partikolari, il-persentaġġ miksub mid-diviżjoni tal-piż ta' l-iskart ta' batteriji u akkumulaturi portabbli miġbura skond l-Artikolu 8(1) ta' din id-Direttiva jew skond id-Direttiva 2002/96/KE f'dik is-sena kalendarja bil-piż medju ta' batteriji u akkumulaturi portabbli li l-produtturi jew ibigħu direttament lill-utent aħħari jew iqassmu lill-terzi sabiex jinbigħu lill-utent aħħari f'dak l-Istat Membru matul dik is-sena kalendarja u s-sentejn kalendarji ta' qabel. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|