Artikolu 5
Prestazzjoni ambjentali mtejba
L-Istati Membri li għandhom manifatturi stabbiliti fit-territorju tagħhom għandhom iħeġġu r-riċerka u jinkoraġġixxu titjib fil-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-batteriji u l-akkumulaturi matul iċ-ċiklu tal-ħajja totali tagħhom kif ukoll l-iżvilupp u l-marketing ta' batteriji u akkumulaturi li jkollhom kwantitajiet iżgħar ta' sustanzi perikolużi jew li jkollhom inqas sustanzi li jniġġsu, b'mod partikolari bħala sostituti għall-merkurju, il-kadmju u ċ-ċomb.