|
+Artikolu 12 Trattament u riċiklaġġ ---+Article 12 1. ---+Article 12 2. ---+Article 12 3. ---+Article 12 4. ---+Article 12 5. ---+Article 12 6. |
Artikolu 12 Trattament u riċiklaġġArtikolu 12 Trattament u riċiklaġġ 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mhux aktar tard mis-26 ta' Settembru 2009: (a) produtturi jew terzi persuni jistabbilixxu skemi bl-użu ta' l-aħjar tekniki disponibbli, rigward il-protezzjoni tas-saħħa u ta' l-ambjent, biex jipprovdu għat-trattament u r-riċiklaġġ ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi; u (b) il-batteriji u l-akkumulaturi kollha identifikabbli miġbura skond l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva jew skond id-Direttiva 2002/96/KE jiġu trattati u riċiklati permezz ta' skemi li għall-inqas jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari rigward is-saħħa, is-sigurta' u l-immaniġġar ta' l-iskart. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, skond it-Trattat, jarmu batteriji u akkumulaturi portabbli miġbura li jkun fihom il-kadmju, il-merkurju jew iċ-ċomb f' miżbliet jew f'ħażniet taħt l-art meta ma jkun disponibbli l-ebda suq aħħari vijabbli. L-Istati Membri jistgħu wkoll, skond it-Trattat, jarmu batteriji u akkumulaturi portabbli miġbura li jkun fihom il-kadmju, il-merkurju, jew iċ-ċomb f'miżbliet jew f'ħażniet taħt l-art bħala parti minn strateġija sabiex jinqatgħu gradwalment metalli tqal li, fuq il-bażi ta' valutazzjoni dettaljata ta' l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali, turi li din l-għażla ta' rimi għandha tkun preferuta fuq ir-riċiklaġġ. L-Istati Membri għandhom jagħmlu din il-valutazzjoni pubblika u jinnotifikaw abbozzi ta' miżuri lill-Kummissjoni skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u ta' regoli dwar servizzi tas-Soċjeta' ta' l-Informazzjoni ( 4 ). 2. It-trattament għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness III, Parti A. 3. Fejn batteriji jew akkumulaturi jkun miġbura flimkien ma' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku fuq il-bażi tad-Direttiva 2002/96/KE, il-batteriji jew l-akkumulaturi għandhom jitneħħew mill-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku miġbur. 4. Il-proċessi ta' riċiklaġġ għandhom, sa mhux aktar tard mis-26 ta' Settembru 2010 jissodisfaw l-effiċjenzi ta' riċiklaġġ u d-dispożizzjonijiet assoċjati li hemm stabbiliti fl-Anness III, Parti B. 5. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar il-livelli ta’ riċiklaġġ miksuba f’kull sena tal-kalendarju kkonċernata u dwar jekk l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ imsemmija fl-Anness III, Parti B inkisbux. Huma għandhom jirrappurtaw id-data b’mod elettroniku lill-Kummissjoni fi żmien 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. 6. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati rigward il-kalkolu tal-effiċjenzi ta’ riċiklaġġ sas-26 ta’ Marzu 2010. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2). ▼M3 ————— 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|