|
+Artikolu 27 Ftehim volontarji ---+Article 27 1. ---+Article 27 2. ---+Article 27 3. ---+Article 27 4. |
Artikolu 27 Ftehim volontarjiArtikolu 27 Ftehim volontarji 1. Bil-kondizzjoni li jinkisbu l-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 8, 15 u 20 permezz ta' ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi konċernati. Tali ftehim għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: (a) għandhom ikunu inforzabbli; (b) għandhom jispeċifikaw l-għanijiet bl-iskadenzi korrispondenti; (ċ) għandhom jiġu ppubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew f'dokument uffiċjali li huwa daqstant aċċessibbli mill-pubbliku u trasmessi lill-Kummissjoni. 2. Ir-riżultati miksuba għandhom jiġu sorveljati regolarment, u rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni, u magħmula disponibbli lill-pubbliku taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim. 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-progress magħmul taħt dawn il-ftehim jiġi eżaminat. 4. F'każijiet fejn ma jkunx hemm konformità mal-ftehim, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva b'miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|