+Artikolu 8 Konferma tar-riċevuta u talba għall-informazzjoni
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4

Artikolu 8 Konferma tar-riċevuta u talba għall-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   Fi żmien 20 jum wara li jirċievu l-applikazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni u transitu għandhom jivverifikaw li l-applikazzjoni tkun mimlija kif dovut, fis-sens ta' l-Artikolu 5(17).

Artikolu 8 2

2.   Fil-każ li l-applikazzjoni tkun mimlija kif dovut, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni għandhom jibagħtu konferma tar-riċevuta lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini u jibagħtu kopja tagħha lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati, mhux aktar tard minn 10 ijiem wara l-iskadenza tal-perjodu ta' 20 jum stabbilit fil-paragrafu 1.

Artikolu 8 3

3.   Fejn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati tikkunsidra li l-applikazzjoni mhix mimlija kif dovut, hija għandha titlob l-informazzjoni nieqsa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra dwar tali talba. Din it-talba m'għandhiex issir aktar tard mill-iskadenza tal-perjodu stipulat fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini għandhom jittrasmettu l-informazzjoni mitluba lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

Mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data li jirċievu l-informazzjoni nieqsa u wara l-iskadenza tal-perjodu ta' 20 jum stabbilit fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni għandhom jibagħtu konferma tar-riċevuta lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini u jibagħtu kopja tagħha lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati.

Artikolu 8 4

4.   Il-perjodi ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 għall-ħruġ tal-konferma tar-riċevuta jistgħu jitqassru jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' destinazzjoni u ta' transitu jkunu sodisfatti li l-applikazzjoni mtliet kif dovut.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.12.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0117
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.