3. Għandhom jingħataw raġunijiet mill-Istati Membri għal kwalunkwe rifjut għall-għoti ta' kunsens, jew għall-kondizzjonijiet marbutin mal-kunsens tagħhom, li għandhom ikunu bbażati:
|
(a)
|
għall-Istat Membri ta' transitu, fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali, Komunitarja jew internazzjonali relevanti applikabbli għat-trasport ta' materjal radjuattiv;
|
|
(b)
|
għall-Istat Membru ta' destinazzjoni, fuq il-leġiżlazzjoni relevanti applikabbli għall-immaniġġar ta' l-iskart radjuattiv jew tal-kombustibbli eżawrit jew fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali, Komunitarja jew internazzjonali relevanti applikabbli għat-trasport ta' materjal radjuattiv.
|
Kwalunkwe kondizzjoni imposta mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kemm jekk ikunu l-pajjiż ta' transitu kif ukoll jekk ikunu l-pajjiż ta' destinazzjoni, ma tistax tkun aktar stretta minn dawk stabbiliti għal vjeġġi simili f'dawk l-Istati Membri.