+Artikolu 9 Kunsens u rifjut
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5

Artikolu 9 Kunsens u rifjut

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1

1.   Mhux aktar tard minn xahrejn mid-data tal-konferma tar-riċevuta l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kollha kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini bil-kunsens tagħhom jew bil-kondizzjonijiet li huma jikkunsidraw meħtieġa sabiex jagħtu l-kunsens tagħhom, jew bir-rifjut tagħhom li jagħtu l-kunsens.

Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni jew ta' kwalunkwe Stat Membru ta' transitu jistgħu jitolbu perjodu ulterjuri ta' mhux aktar minn xahar addizzjonalment għall-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu sabiex jgħarrfu bil-pożizzjoni tagħhom.

Artikolu 9 2

2.   Jekk ma' l-iskadenza tal-perjodi msemmija fil-paragrafu 1 ma tkun ġiet riċevuta ebda tweġiba mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni u/jew l-Istati Membri ta' transitu intiżi, dawk il-pajjiżi għandhom jitqiesu li jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-vjeġġ mitlub.

Artikolu 9 3

3.   Għandhom jingħataw raġunijiet mill-Istati Membri għal kwalunkwe rifjut għall-għoti ta' kunsens, jew għall-kondizzjonijiet marbutin mal-kunsens tagħhom, li għandhom ikunu bbażati:

(a)

għall-Istat Membri ta' transitu, fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali, Komunitarja jew internazzjonali relevanti applikabbli għat-trasport ta' materjal radjuattiv;

(b)

għall-Istat Membru ta' destinazzjoni, fuq il-leġiżlazzjoni relevanti applikabbli għall-immaniġġar ta' l-iskart radjuattiv jew tal-kombustibbli eżawrit jew fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali, Komunitarja jew internazzjonali relevanti applikabbli għat-trasport ta' materjal radjuattiv.

Kwalunkwe kondizzjoni imposta mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kemm jekk ikunu l-pajjiż ta' transitu kif ukoll jekk ikunu l-pajjiż ta' destinazzjoni, ma tistax tkun aktar stretta minn dawk stabbiliti għal vjeġġi simili f'dawk l-Istati Membri.

Artikolu 9 4

4.   L-Istat jew Stati Membri li jkunu taw kunsens għat-transitu ta' vjeġġ partikolari ma jistgħux jirrifjutaw li jagħtu kunsens għall-ġarr lura fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-kunsens inizjali kien jikkonċerna materjal mibgħut għal għanijiet ta' trattament jew ripproċessar, jekk il-ġarr lura jikkonċerna skart radjuattiv jew prodotti oħrajn ekwivalenti għall-materjal oriġinali wara trattament jew ripproċessar, u l-liġi relevanti kollha tkun osservata,

(b)

taħt iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 12, jekk il-ġarr lura jitwettaq taħt l-istess kondizzjonijiet u bl-istess speċifikazzjonijiet.

Artikolu 9 5

5.   Id-dewmien mhux ġustifikat u/jew nuqqas ta' koperazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor għandhom jiġu rapportati lill-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.12.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0117
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.