+Artikolu 13 Importazzjonijiet fil-Komunità
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
---+Artikolu 13 5
---+Artikolu 13 6

Artikolu 13 Importazzjonijiet fil-Komunità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1.   Meta skart radjuattiv jew kombustibbli eżawrit li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva ikollu jidħol fil-Komunità minn pajjiż terz, u l-pajjiż ta' destinazzjoni ikun Stat Membru, il-kunsinnatarju għandu jippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru. L-applikazzjoni tista' tintbagħat fir-rigward ta' aktar minn vjeġġ wieħed, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2).

L-applikazzjoni għandha tinkludi prova li l-kunsinnatarju għamel arranġament mad-detentur stabbilit fil-pajjiż terz, u li kien ġie aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz, li jobbliga lid-detentur sabiex jieħu lura l-iskart radjuattiv jew il-kombustibbli eżawrit f'każ li vjeġġ ma jistax jitwettaq skond din id-Direttiva, kif previst fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 13 2

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni għandhom jibagħtu l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għall-kunsens lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' transitu, jekk ikun il-każ.

Għandhom japplikaw l-Artikoli 8 u 9.

Artikolu 13 3

3.   Jekk jkunu ngħataw il-kunsensi kollha meħtieġa għall-vjeġġ, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni għandhom ikollhom id-dritt li jawtorizzaw lil-kunsinnatarju sabiex iwettaq il-vjeġġ u għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz ta' oriġini jew ta' transitu kif meħtieġ.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10(2), (3) u (4).

Artikolu 13 4

4.   Fi żmien 15-il jum wara li jkun rċieva l-vjeġġ, il-kunsinnatarju għandu jibgħat lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni konferma tar-riċevuta ta' kull vjeġġ. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni għandhom jibagħtu kopji tal-konferma lill-pajjiż ta' oriġini u lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz ta' transitu.

Artikolu 13 5

5.   L-Istat Membru ta' destinazzjoni jew kwalunkwe Stat Membru ta' transitu jista' jiddeċiedi li l-vjeġġ ma jistax jitwettaq jekk ma jkunx għad hemm konformità mal-kondizzjonijiet għall-vjeġġ skond din id-Direttiva, jew jekk dawn mhumiex konformi ma' l-awtorizzazzjonijiet jew il-kunsensi maħruġa skond din id-Direttiva. Tali Stat Membru għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' oriġini b'din id-deċiżjoni.

Artikolu 13 6

6.   Il-kunsinnatarju għandu jkun responsabbli għall-ispejjeż li jirriżultaw fejn il-vjeġġ ma jistax jitwettaq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.12.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0117
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.