4. Il-persuna responsabbli msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-ewwel Stat Membru ta' transitu li l-iskart radjuattiv jew il-kombustibbli eżawrit wasal fid-destinazzjoni tiegħu fil-pajjiż terz fi żmien 15-il jum mid-data meta jasal u għandha tindika l-aħħar post tad-dwana fil-Komunità li minnu għadda l-vjeġġ.
In-notifika għandha tkun sostanzjata b'dikjarazzjoni jew ċertifikazzjoni mill-kunsinnatarju li tiddikjara li l-iskart radjuattiv jew il-kombustibbli eżawrit wasal fid-destinazzjoni proprja tiegħu u tindika l-post tad-dwana ta' dħul fil-pajjiż terz.