+Artikolu 14 Transitu li jgħaddi mill-Komunità
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5

Artikolu 14 Transitu li jgħaddi mill-Komunità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1

1.   Fejn skart radjuattiv jew kombustibbli eżawrit ikollu jidħol fil-Komunità minn pajjiż terz u l-pajjiż ta' destinazzjoni mhuwiex Stat Membru, il-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha r-responsabbiltà għall-immaniġġar tal-vjeġġ fl-Istat Membru li mill-post tad-dwana tiegħu ikollu jidħol għall-ewwel darba fil-Komunità l-iskart radjuattiv jew il-kombustibbli eżawrit (“l-ewwel Stat Membru ta' transitu”) għandha tippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru. L-applikazzjoni tista' tintbagħat fir-rigward ta' aktar minn vjeġġ wieħed, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2).

L-applikazzjoni għandha tinkludi prova li l-kunsinnatarju stabbilit fil-pajjiż terz għamel arranġament mad-detentur stabbilit fil-pajjiż terz, u li kien aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz, li jobbliga lil dak id-detentur sabiex jieħu lura l-iskart radjuattiv jew il-kombustibbli eżawrit f'każ li vjeġġ ma jistax jitwettaq skond din id-Direttiva, kif previst fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 14 2

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-ewwel Stat Membru ta' transitu għandhom jibgħatu l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għall-kunsens lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra ta' transitu, jekk ikun il-każ.

L-Artikoli 8 u 9 għandhom japplikaw.

Artikolu 14 3

3.   Jekk ikunu ngħataw il-kunsensi kollha meħtieġa għall-vjeġġ, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-ewwel Stat Membru ta' transitu għandhom ikollhom id-dritt li jawtorizzaw lill-persuna responsabbli msemmija fil-paragrafu 1 sabiex twettaq il-vjeġġ u għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz ieħor ta' transitu jew ta' oriġini kif meħtieġ.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10(2), (3) u (4).

Artikolu 14 4

4.   Il-persuna responsabbli msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-ewwel Stat Membru ta' transitu li l-iskart radjuattiv jew il-kombustibbli eżawrit wasal fid-destinazzjoni tiegħu fil-pajjiż terz fi żmien 15-il jum mid-data meta jasal u għandha tindika l-aħħar post tad-dwana fil-Komunità li minnu għadda l-vjeġġ.

In-notifika għandha tkun sostanzjata b'dikjarazzjoni jew ċertifikazzjoni mill-kunsinnatarju li tiddikjara li l-iskart radjuattiv jew il-kombustibbli eżawrit wasal fid-destinazzjoni proprja tiegħu u tindika l-post tad-dwana ta' dħul fil-pajjiż terz.

Artikolu 14 5

5.   Stat Membru ta' transitu jista' jiddeċiedi li l-vjeġġ ma jistax jitwettaq jekk ma jkunx għad hemm konformità mal-kondizzjonijiet għall-vjeġġ skond din id-Direttiva, jew jekk dawn m'humiex konformi ma' l-awtorizzazzjonijiet jew il-kunsensi maħruġa skond din id-Direttiva. Tali Stat Membru għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' oriġini b'din id-deċiżjoni. Il-persuna responsabbli msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun responsabbli għall-ispejjeż li jirriżultaw fejn il-vjeġġ ma jistax jitwettaq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.12.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0117
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.