5. Stat Membru ta' transitu jista' jiddeċiedi li l-vjeġġ ma jistax jitwettaq jekk ma jkunx għad hemm konformità mal-kondizzjonijiet għall-vjeġġ skond din id-Direttiva, jew jekk dawn m'humiex konformi ma' l-awtorizzazzjonijiet jew il-kunsensi maħruġa skond din id-Direttiva. Tali Stat Membru għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' oriġini b'din id-deċiżjoni. Il-persuna responsabbli msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun responsabbli għall-ispejjeż li jirriżultaw fejn il-vjeġġ ma jistax jitwettaq.