4. Id-detentur għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini li l-iskart radjuattiv jew il-kombustibbli eżawrit wasal fid-destinazzjoni tiegħu fil-pajjiż terz fi żmien 15-il jum mid-data meta jasal u għandu jindika l-aħħar post tad-dwana fil-Komunità li minnu għadda il-vjeġġ.
In-notifika għandha tkun sostanzjata b'dikjarazzjoni jew ċertifikazzjoni mill-kunsinnatarju li tiddikjara li l-iskart radjuattiv jew il-kombustibbli eżawrit wasal fid-destinazzjoni proprja tiegħu u tindika l-post tad-dwana ta' dħul fil-pajjiż terz.