+Artikolu 15 Esportazzjonijiet 'il barra mill-Komunità
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5

Artikolu 15 Esportazzjonijiet 'il barra mill-Komunità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1

1.   Fejn skart radjuattiv jew kombustibbli eżawrit irid jiġi esportat mill-Komunità lejn pajjiż terz, id-detentur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini. L-applikazzjoni tista' tintbagħat fir-rigward ta' aktar minn vjeġġ wieħed, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2).

Artikolu 15 2

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini għandhom:

(a)

jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' destinazzjoni dwar il-vjeġġ ippjanat u jitlobu l-kunsens tagħhom; u

(b)

jibagħtu l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għall-kunsens lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ta' transitu, jekk ikun il-każ.

Għandu japplika l-Artikolu 8.

Artikolu 15 3

3.   Jekk jkunu ngħataw il-kunsensi kollha meħtieġa għall-vjeġġ, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini għandhom ikollhom id-dritt li jawtorizzaw lid-detentur sabiex iwettaq il-vjeġġ u għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ta' destinazzjoni u lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz ta' transitu fejn meħtieġ.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10(2), (3) u (4).

Artikolu 15 4

4.   Id-detentur għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini li l-iskart radjuattiv jew il-kombustibbli eżawrit wasal fid-destinazzjoni tiegħu fil-pajjiż terz fi żmien 15-il jum mid-data meta jasal u għandu jindika l-aħħar post tad-dwana fil-Komunità li minnu għadda il-vjeġġ.

In-notifika għandha tkun sostanzjata b'dikjarazzjoni jew ċertifikazzjoni mill-kunsinnatarju li tiddikjara li l-iskart radjuattiv jew il-kombustibbli eżawrit wasal fid-destinazzjoni proprja tiegħu u tindika l-post tad-dwana ta' dħul fil-pajjiż terz.

Artikolu 15 5

5.   L-Istat Membru ta' oriġini jew kwalunkwe Stat Membru ta' transitu jista' jiddeċiedi li l-vjeġġ ma jistax jitwettaq jekk ma għadx hemm konformità mal-kondizzjonijiet għall-vjeġġ skond din id-Direttiva, jew jekk dawn mhumiex konformi ma' l-awtorizzazzjonijiet jew il-kunsensi maħruġa skond din id-Direttiva. Tali Stat Membru ta' transitu għandu minnufih jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini b'din id-Deċiżjoni.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(2) u (3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.12.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0117
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.