5. L-Istat Membru ta' oriġini jew kwalunkwe Stat Membru ta' transitu jista' jiddeċiedi li l-vjeġġ ma jistax jitwettaq jekk ma għadx hemm konformità mal-kondizzjonijiet għall-vjeġġ skond din id-Direttiva, jew jekk dawn mhumiex konformi ma' l-awtorizzazzjonijiet jew il-kunsensi maħruġa skond din id-Direttiva. Tali Stat Membru ta' transitu għandu minnufih jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini b'din id-Deċiżjoni.
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(2) u (3).