+Artikolu 17 Użu ta' dokument standard
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
---+Artikolu 17 5
---+Artikolu 17 6

Artikolu 17 Użu ta' dokument standard

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1

1.   Għandu jintuża dokument standard għall-vjeġġi kollha fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 17 2

2.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, tistabbilixxi d-dokument standard li għandu jinkludi bħala anness lista tal-ħtiġijiet minimi ta' applikazzjoni mimlija debitament.

Id-dokument standard u l-annessi tiegħu għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u jsir disponibbli f'forma elettronika mhux aktar tard mill-25 ta’ Diċembru 2008. Jekk meħtieġ, għandu jiġi aġġornat skond l-istess proċedura.

Artikolu 17 3

3.   L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandha timtela u kwalunkwe dokumentazzjoni u informazzjoni oħra msemmija fl-Artikoli 13, 10, 14 u 15 għandha tiġi fornita f'lingwa aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li lilu tiġi preżentata l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skond din id-Direttiva.

Għandha tiġi fornita mid-detentur, fuq it-talba ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' destinazzjoni jew transitu, traduzzjoni awtentikata f'lingwa aċċettabbli għalihom.

Artikolu 17 4

4.   Kawlunkwe ħtieġa addizzjonali għall-awtorizzazzjoni ta' vjeġġ għandha tinthemeż mad-dokument standard.

Artikolu 17 5

5.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dokument ieħor ta' akkumpanjament meħtieġ taħt dispożizzjonijiet legali relevanti oħra, id-dokument standard mimli li jiċċertifika l-konformità debita mal-proċedura ta' awtorizzazzjoni għandu jakkumpanja kull vjeġġ li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inklużi każijiet fejn l-awtorizzazzjoni tkun relatata ma' aktar minn vjeġġ wieħed f'dokument wieħed.

Artikolu 17 6

6.   Dawn id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' oriġini u ta' destinazzjoni u ta' kwalunkwe pajjiż ta' transitu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.12.2006 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0117
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.