|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Għall-finijiet tal-valutazzjoni ta' l-istat kimiku ta' massa ta' l-ilma ta' taħt l-art jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art skond is-Sezzjoni 2.3 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jużaw il-kriterji li ġejjin:
a)
standards tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art kif imsemmija fl-Anness I;
b)
valuri ta' limitu li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri skond il-proċedura deskritta fil-Parti A ta' l-Anness II għall-pollutanti, gruppi ta' pollutanti u indikaturi tat-tniġġiż li, fit-territorju ta' Stat Membru, ġew identifikati bħala li jikkontribwixxu għall-karatterizzazzjoni ta' mases, jew gruppi ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art, bħala li jkunu f'riskju, b'kont meħud ta' mill-inqas il-listi li jinsabu fil-Parti B ta' l-Anness II;
(c)
il-valuri ta' limitu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni elenkati fil-Parti D tal-Anness II Il-valuri ta' limitu għall-ilma ta' taħt l-art applikabbli għal status kimiku tajjeb għandu jkun ibbażat fuq il-protezzjoni tal-ġabra ta' ilma ta' taħt l-art skond il-Parti A, punti 1, 2 u 3 ta' l-Anness II, b'konsiderazzjoni partikolari għall-impatt tiegħu fuq, u l-interrelazzjoni ma', l-ilmijiet tal-wiċċ assoċjati u l-ekosistemi terrestri u l-artijiet mistagħdra li huma direttament dipendenti fuqhom u għandhom fost l-oħrajn jieħdu kont ta' l-għarfien dwar it-tossikoloġija umana u l-ekotossikoloġija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|