+Artikolu 3
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 1a.
---+Artikolu 3 1b.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 3 7.
|
Artikolu 3
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Għall-finijiet tal-valutazzjoni ta' l-istat kimiku ta' massa ta' l-ilma ta' taħt l-art jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art skond is-Sezzjoni 2.3 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jużaw il-kriterji li ġejjin:
a)
standards tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art kif imsemmija fl-Anness I;
b)
valuri ta' limitu li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri skond il-proċedura deskritta fil-Parti A ta' l-Anness II għall-pollutanti, gruppi ta' pollutanti u indikaturi tat-tniġġiż li, fit-territorju ta' Stat Membru, ġew identifikati bħala li jikkontribwixxu għall-karatterizzazzjoni ta' mases, jew gruppi ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art, bħala li jkunu f'riskju, b'kont meħud ta' mill-inqas il-listi li jinsabu fil-Parti B ta' l-Anness II;
▼M2
(c)
il-valuri ta' limitu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni elenkati fil-Parti D tal-Anness II
▼B
Il-valuri ta' limitu għall-ilma ta' taħt l-art applikabbli għal status kimiku tajjeb għandu jkun ibbażat fuq il-protezzjoni tal-ġabra ta' ilma ta' taħt l-art skond il-Parti A, punti 1, 2 u 3 ta' l-Anness II, b'konsiderazzjoni partikolari għall-impatt tiegħu fuq, u l-interrelazzjoni ma', l-ilmijiet tal-wiċċ assoċjati u l-ekosistemi terrestri u l-artijiet mistagħdra li huma direttament dipendenti fuqhom u għandhom fost l-oħrajn jieħdu kont ta' l-għarfien dwar it-tossikoloġija umana u l-ekotossikoloġija.
|
|
Artikolu 3 1a.
|
L-istandards tal-kwalità għas-sustanzi nnumerati minn 3 sa 8 fl-Anness I ta' din id-Direttiva, għandhom isiru effettivi mit-22 ta' Diċembru 2027 bl-għan li jinkiseb stat kimiku tajjeb tal-ilma ta' taħt l-art fir-rigward ta' dawk is-sustanzi sat-22 ta' Diċembru 2039 u jiġi evitat id-deterjorament fl-istat kimiku tal-korpi tal-ilma ta' taħt l-art fir-rigward ta' dawk is-sustanzi. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programm supplimentari ta' monitoraġġ sat-22 ta' Diċembru 2027 u, programm preliminari ta' miżuri li jkopru dawk is-sustanzi sat-22 ta' Diċembru 2030. Programm finali ta' miżuri, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE, għandu jiġi inkluż fil-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċini ta-xmajjar tal-2033 prodotti skont l-Artikolu 13(7) ta' dik id-Direttiva. L-Artikolu 4(4) sa (9) tad-Direttiva 2000/60/KE għandu japplika mutatis mutandis għas-sustanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fir-rigward tal-estensjonijiet ta' żmien previsti fl-Artikolu 4(4) ta' dik id-Direttiva, dawn għandhom ikunu limitati għal massimu ta' aġġornament ieħor tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar għajr f'każijiet fejn il-kundizzjonijiet naturali jkunu tali li l-objettivi ma jkunux jistgħu jintlaħqu f'dak il-perjodu.
|
|
Artikolu 3 1b.
|
Valuri ta' limitu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 3(1)(b), u l-valuri ta' limitu elenkat fil-Parti D tal-Anness II għandhom isiru effettivi mill-bidu tal-perjodu sussegwenti tal-pjan ta' ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar swara d-data li fiha jkun ġie stabbilit il-valur ta' limitu, bl-għan li jinkiseb stat kimiku tajjeb tal-ilma ta' taħt l-art fir-rigward tas-sustanzi korrispondenti sa tmiem il-perjodu tal-pjan ta' ġestjoni tal-baċin tax-xmara, u li tiġi evitata d-deterjorazzjoni fl-istat kimiku tal-korpi tal-ilma ta' taħt l-art fir-rigward ta' dawk is-sustanzi. L-Artikolu 4(4) sa (9) tad-Direttiva 2000/60/KE għandu japplika mutatis mutandis għas-sustanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fir-rigward tal-estensjonijiet ta' żmien previsti fl-Artikolu 4(4) ta' dik id-Direttiva, dawn għandhom ikunu limitati għal massimu ta' aġġornament ieħor tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara għajr f'każijiet fejn il-kundizzjonijiet naturali jkunu tali li l-objettivi ma jkunux jistgħu jintlaħqu f'dak il-perjodu.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Il-valuri ta' limitu msemmija fil-paragrafu 1(b) jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, fil-livell tad-distrett tal-baċin tax-xmara jew fil-parti tad-distrett tal-baċin tax-xmara internazzjonali li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, jew fil-livell ta' korp jew grupp ta' korpi tal-ilma ta' taħt l-art. Il-valuri ta' limitu msemmija fil-paragrafu 1(b) u (c) għandhom jiġu applikati fil-livell rilevanti għall-okkorrenza tal-kontaminant.
|
|
Artikolu 3 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal mases ta' l-ilma ta' taħt l-art li huma maqsuma bejn żewġ Stati Membri jew aktar u għal mases ta' l-ilma ta' taħt l-art li fihom l-ilma ta' taħt l-art jaqsam il-konfini ta' Stat Membru, l-istabbiliment ta' valuri ta' limitu huwa soġġett għall-kordinazzjoni bejn l-Istati Membri konċernati, skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/60/KE.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Fejn massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art jestendi lil hinn mit-territorju tal-Komunità, l-Istat(i) Membru(i) konċernat(i) għandhom jippruvaw jistabbilixxu valuri ta' limitu, f'kordinazzjoni ma' l-Istat(i) li mhux Membru(i) konċernat(i), skond l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2000/60/KE.
|
|
Artikolu 3 5.
|
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-valuri ta' limitu kollha msemmija fil-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar tagħhom li għandhom jiġu prodotti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, flimkien ma' sommarju tal-informazzjoni stipulata fil-Parti C tal-Anness II ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom, sat-22 ta' Diċembru 2027, jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-listi ta’ kontaminanti ta’ tħassib nazzjonali u l-valuri ta' limitu nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1(b). Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku. L-aġġornamenti sussegwenti tal-lista tal-valuri ta' limitu nazzjonali għandhom jiġu ppubblikati f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 3 6.
|
L-Istati Membri għandhom jemendaw il-lista ta' valuri ta' limitu applikati fit-territorji tagħhom kull meta informazzjoni ġdida dwar kontaminanti, gruppi ta' kontaminanti, jew indikaturi tat-tniġġis, anke b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta' prekawzjoni, tindika li jeħtieġ li jiġi stabbilit valur ta' limitu għal sustanza addizzjonali, li valur ta' limitu eżistenti jeħtieġ li jiġi mmodifikat, jew li valur ta' limitu li preċedentement kien tneħħa mil-lista jeħtieġ li jerġa' jiddaħħal. Jekk il-valuri ta' limitu rilevanti jiġu stabbiliti jew emendati fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-lista ta' valuri ta' limitu applikati fit-territorji tagħhom għal dawk il-valuri.
▼B
Il-valuri ta' limitu jistgħu jitneħħew mil-lista meta l-massa ta' l-ilma ta' taħt l-art konċernat m'għadux aktar f'riskju mill-pollutanti, il-gruppi ta' pollutanti jew indikaturi tat-tniġġiż korrispondenti.
Kwalunkwe tali bidla fil-lista tal-valuri ta' limitu għandha tiġi rappurtata fil-kuntest tar-reviżjoni perijodika tal-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar.
|
|
Artikolu 3 7.
|
Abbażi ta' l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri skond il-paragrafu 5, il-Kummissjoni għanda tippubblika rapport sa mhux aktar tard mit-22 ta' Diċembru 2009.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0118
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|