|
+Artikolu 4 2. |
Artikolu 4 2.Massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art għandu jkun ikkunsidrat li jkun fi stat kimiku tajjeb meta:
a)
il-monitoraġġ rilevanti juri li l-kondizzjonijiet stipulati fit-tabella 2.3.2 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE qegħdin jintlaħqu; jew
(b)
il-valuri għall-istandards ta' kwalità tal-ilma ta' taħt l-art elenkati fl-Anness I u l-valuri ta' limitu msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) u (c), ma jinqabżu fl-ebda punt ta' monitoraġġ f'dak il-korp jew grupp ta' korpi ta' ilma ta' taħt l-art; jew
ċ)
il-valur għal standard tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art jew valur ta' limitu jinqabeż f'punt ta' monitoraġġ wieħed jew aktar iżda investigazzjoni xierqa skond l-Anness III tikkonferma li:
i)
abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' l-Anness III, il-konċentrazzjonijiet ta' pollutanti li jeċċedu l-istandards tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art jew il-valuri ta' limitu mhumiex ikkunsidrati li qed joħolqu riskju ambjentali sinifikanti, b'kont meħud, fejn ikun dovut, tal-livell tal-massa ta' l-ilma ta' taħt l-art li hu affettwat;
ii)
il-kondizzjonijiet l-oħra għal stat kimiku tajjeb ta' ilma ta' taħt l-art imniżżla fit-Tabella 2.3.2 ta' l-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE qed jiġu sodisfatti, skond il-paragrafu 4 ta' l-Anness III ma' din id-Direttiva;
iii)
għal ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art identifikati skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 7(3) ta' dik id-Direttiva qegħdin jintlaħqu, skond il-paragrafu 4 ta' l-Anness III ta' din id-Direttiva;
iv)
il-ħila tal-massa ta' l-ilma ta' taħt l-art, jew ta' kwalunkwe massa fil-grupp ta' mases ta' ilma ta' taħt l-art, li jsostni l-użu mill-bniedem ma ġietx imdgħajfa b'mod sinifikanti minħabba t-tniġġiż. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|