+Artikolu 4
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 2a.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
|
Artikolu 4
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2 biex jivvalutaw l-istat kimiku ta' massa ta' l-ilma ta' taħt l-art. Fejn xieraq, meta jwettqu din il-proċedura l-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu fi gruppi mases ta' l-ilma ta' taħt l-art skond l-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art għandu jkun ikkunsidrat li jkun fi stat kimiku tajjeb meta:
a)
il-monitoraġġ rilevanti juri li l-kondizzjonijiet stipulati fit-tabella 2.3.2 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE qegħdin jintlaħqu; jew
▼M2
(b)
il-valuri għall-istandards ta' kwalità tal-ilma ta' taħt l-art elenkati fl-Anness I u l-valuri ta' limitu msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) u (c), ma jinqabżu fl-ebda punt ta' monitoraġġ f'dak il-korp jew grupp ta' korpi ta' ilma ta' taħt l-art; jew
▼B
ċ)
il-valur għal standard tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art jew valur ta' limitu jinqabeż f'punt ta' monitoraġġ wieħed jew aktar iżda investigazzjoni xierqa skond l-Anness III tikkonferma li:
i)
abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' l-Anness III, il-konċentrazzjonijiet ta' pollutanti li jeċċedu l-istandards tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art jew il-valuri ta' limitu mhumiex ikkunsidrati li qed joħolqu riskju ambjentali sinifikanti, b'kont meħud, fejn ikun dovut, tal-livell tal-massa ta' l-ilma ta' taħt l-art li hu affettwat;
ii)
il-kondizzjonijiet l-oħra għal stat kimiku tajjeb ta' ilma ta' taħt l-art imniżżla fit-Tabella 2.3.2 ta' l-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE qed jiġu sodisfatti, skond il-paragrafu 4 ta' l-Anness III ma' din id-Direttiva;
iii)
għal ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art identifikati skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 7(3) ta' dik id-Direttiva qegħdin jintlaħqu, skond il-paragrafu 4 ta' l-Anness III ta' din id-Direttiva;
iv)
il-ħila tal-massa ta' l-ilma ta' taħt l-art, jew ta' kwalunkwe massa fil-grupp ta' mases ta' ilma ta' taħt l-art, li jsostni l-użu mill-bniedem ma ġietx imdgħajfa b'mod sinifikanti minħabba t-tniġġiż.
|
|
Artikolu 4 2a.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi lista ta' metaboliti tal-pestiċidi li jistgħu jinsabu fl-ilma ta' taħt l-art u li għalihom tkun twettqet valutazzjoni tar-rilevanza tagħhom fl-Unjoni, li tindika jekk humiex rilevanti jew le, sal-11 ta’ Mejju 2028. Il-lista ma għandhiex tinkludi metaboliti vvalutati li mhumiex ta' tħassib. Il-lista għandha tkun ibbażata fuq data ġġenerata matul il-proċess għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
) u r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
) u l-output xjentifiku assoċjat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), u, jekk disponibbli, data xjentifika ġdida dwar metaboliti eżistenti jew metaboliti li għadhom kif ġew skoperti u li qabel ma kinux identifikati. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex taġġorna l-lista mill-inqas kull sitt snin. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(2) ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-għażla ta' siti ta' monitoraġġ ta' l-ilma ta' taħt l-art għandha tissodisfa l-ħtiġiet tal-Parti 2.4 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE biex ikunu mfassla sabiex jipprovdu ħarsa ġenerali komprensiva u koerenti ta' l-istatus kimiku ta' l-ilma ta' l-art u biex tiġi pprovduta data ta' monitoraġġ rappreżentattiva.
|
|
Artikolu 4 4.
|
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw sintesi tal-valutazzjoni ta' l-istat kimiku ta' l-ilma ta' taħt l-art fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE.
Din is-sintesi, stabbilita fil-livell tad-distrett tal-baċir tax-xmara jew il-parti tad-distrett tal-baċir internazzjonali tax-xmara li jaqa' fit-territorju ta' Stat Membru, għandha tinkludi wkoll spjegazzjoni ta' kif ġie meħud kont ta' qbiż ta' l-istandards tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art jew valuri ta' limitu f'punti ta' monitoraġġ individwali fil-valutazzjoni finali.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Jekk massa ta' l-ilma ta' taħt l-art huwa klassifikat li qiegħed fi stat kimiku tajjeb skond il-paragrafu 2(ċ), l-Istati Membri għandhom jieħdu tali miżuri kif ikun meħtieġ, skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE, biex jiġu protetti l-ekosistemi akkwatiċi, ekosistemi terrestri u l-użu mill-bniedem ta' l-ilma ta' taħt l-art dipendenti fuq il-parti tal-massa rrappreżentata mill-punt jew punti ta' monitoraġġ li fih il-valur ta' l-istandard tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art jew valur ta' limitu ġie maqbuż.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0118
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|