+Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1) “il-pubbliku” jfisser waħda jew aktar persuna fiżika jew ġuridika, u, skond il-leġislazzjoni nazzjonali jew il-prattika, l-assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi tagħhom;

2) “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali, jew kwalunkwe korp jew korpi kompetenti, maħtura mill-Istati Membri;

3) “installazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja fejn attività waħda jew aktar elenkati fl-Anness I jitwettqu, u kwalunkwe attivitajiet oħra li huma direttament assoċjati li għandhom konnessjoni teknika ma’ l-attivitajiet imwettqa f'dak is-sit u li jista’ jkollhom effett fuq emissjonijiet u tniġġis;

4) “faċilità” tfisser installazzjoni waħda jew aktar fuq l-istess sit li huma operati mill-istess persuna fiżika jew ġuridika;

5) “sit” tfisser il-post ġeografiku fejn tinsab il-faċilità;

6) “operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla l-faċilità jew, fejn dan huwa provdut fil-leġislazzjoni nazzjonali, lil min ġiet delegata setgħa ekonomika deċisiva fuq il-funzjonament tekniku tal-faċilità;

7) “sena ta' rappurtar” tfisser is-sena kalendarja li fiha jrid isir il-ġbir ta' data dwar rilaxxi ta' inkwinanti u ta' trasferimenti 'l barra mis-sit;

8) “sustanza” tfisser kwalunkwe element kimiku u l-komposti tiegħu, ħlief sustanzi radjuattivi;

9) “inkwinant” tfisser sustanza jew grupp ta' sustanzi li jistà jkun ta' periklu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-proprjetajiet tiegħu u l-introduzzjoni tiegħu fl-ambjent;

10) “Rilaxx” tfisser kwalunkwe introduzzjoni ta' inkwinanti fl-ambjent bħala riżultat ta' kwalunkwe attività tal-bniedem, kemm jekk deliberata jew aċċidentali, ta' rutina jew mhux ta' rutina, inkluż tixrid, emissjoni, ħruġ, injezzjoni, rimi jew ħatt, jew permezz ta' sistemi ta' dranaġġ mingħajr tisfija finali tad-dranaġġ;

11) “trasferiment ‘l barra mis-sit” tfisser il-moviment lill-hinn mill-fruntieri ta' faċilità ta' skart destinat għall-irkupru jew għar-rimi u għall-inkwinanti f’ilma ta' dranaġġ destinat għat-tisfija tad-dranaġġ;

12) “sorsi diffużi” tfisser il-ħafna sorsi iżgħar jew mifruxa li minnhom jistà jkun hemm rilaxx ta' inkwinanti fl-art, fl-arja jew fl-ilma, li l-impatt magħqud tagħhom fuq dawk il-mezzi jistgħu jkunu sinifikattivi u li għalihom mhux prattiku li jinġabru rapporti għal kwalunkwe sors individwali;

13) “skart” tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett kif definit fl-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar skart ( 1 );

14) “skart perikoluż” tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett kif definit fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 91/689/KEE;

15) “ilma ta' dranaġġ” tfisser ilma ta' dranaġġ li ġej minn sorsi urbani, domestiċi jew industrijali, kif definit fl-Artikolu 2 (1), (2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-tisfija ta' l-ilma ta' dranaġġ urban ( 2 ), u kwalunkwe ilma użat ieħor li huwa soġġett għar-regolamentazzjoni mill-liġi Komunitarja minħabba s-sustanzi jew oġġetti li fih;

16) “rimi” tfisser kwalunkwe operazzjoni disposta f’Annes IIA tad-Direttiva 75/442/KEE;

17) “irkupru” tfisser kwalunkwe operazzjoni disposta f’Annes IIB tad-Direttiva 75/442/KEE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R0166
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.