+IR-REGOLAMENT (KE) Nru 166/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Kontenut tal-PRTR Ewropew
---+Artikolu 4 Disinn u Struttura
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
---+Artikolu 5 Rappurtar mill-Operaturi
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
------+Article 5 4.
------+Article 5 5.
---+Artikolu 6 Rilaxxi fl-art
---+Artikolu 7 Rappurtar mill-Istati Membri
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
------+Article 7 3.
---+Artikolu 8 Rilaxxi minn Sorsi Diffużi
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
---+Artikolu 9 Assigurazzjoni ta' Kwalità u Valutazzjoni
------+Article 9 1.
------+Article 9 2.
------+Article 9 3.
------+Article 9 4.
---+Artikolu 10 Aċċessgħall-informazzjoni
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
---+Artikolu 11 Kunfidenzjalità
---+Artikolu 12 Parteċipazzjoni Pubblika
------+Article 12 1.
------+Article 12 2.
------+Article 12 3.
---+Artikolu 13 Aċċess għall-Ġustizzja
---+Artikolu 14 Dokument ta' Gwida
------+Article 14 1.
------+Article 14 2.
---+Artikolu 15 Tqajjim ta' Kuxjenza
---+Artikolu 18 Emendi għall-Annessi
---+Artikolu 18a Eżerċizzju tad-delega
------+Article 18a 1.
------+Article 18a 2.
------+Article 18a 3.
------+Article 18a 4.
------+Article 18a 5.
------+Article 18a 6.
---+Artikolu 19 Proċedura ta' Kumitat
------+Article 19 1.
------+Article 19 2.
---+Artikolu 20 Penali
------+Article 20 1.
------+Article 20 2.
---+Artikolu 21 Emendi għad-Direttivi 91/689/KEE u 96/61/KE
------+Article 21 1.
------+Article 21 2.
---+Artikolu 22 Dħul fis-seħħ
---+ANNEX I Activities
---+ANNEX II Pollutants (*1)
English - European Union - Environment -

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 166/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 166/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Jannar 2006

dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi reġistru integrat dwar ir-rilaxx u t-trasferiment ta' inkwinanti fuq livell Komunitarju (minn hawn 'il quddiem “il-PRTR Ewropew”) taħt forma ta' database eletroniku li huwa aċċessibbli mill-pubbliku u li jistabbilixxi regoli għall-funzjoni tiegħu, sabiex issir implementazzjoni tal-Protokoll UN-ECE dwar Reġistri għar-Rilaxx u Trasferiment ta' inkwinanti (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”) u sabiex jiffaċilita parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċizjonijiet dwar l-ambjent, kif ukoll sabiex jikkontribwixxi għal prevenzjoni u t-tnaqqis ta' tniġġis ta' l-ambjent.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1) “il-pubbliku” jfisser waħda jew aktar persuna fiżika jew ġuridika, u, skond il-leġislazzjoni nazzjonali jew il-prattika, l-assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi tagħhom;

2) “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali, jew kwalunkwe korp jew korpi kompetenti, maħtura mill-Istati Membri;

3) “installazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja fejn attività waħda jew aktar elenkati fl-Anness I jitwettqu, u kwalunkwe attivitajiet oħra li huma direttament assoċjati li għandhom konnessjoni teknika ma’ l-attivitajiet imwettqa f'dak is-sit u li jista’ jkollhom effett fuq emissjonijiet u tniġġis;

4) “faċilità” tfisser installazzjoni waħda jew aktar fuq l-istess sit li huma operati mill-istess persuna fiżika jew ġuridika;

5) “sit” tfisser il-post ġeografiku fejn tinsab il-faċilità;

6) “operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla l-faċilità jew, fejn dan huwa provdut fil-leġislazzjoni nazzjonali, lil min ġiet delegata setgħa ekonomika deċisiva fuq il-funzjonament tekniku tal-faċilità;

7) “sena ta' rappurtar” tfisser is-sena kalendarja li fiha jrid isir il-ġbir ta' data dwar rilaxxi ta' inkwinanti u ta' trasferimenti 'l barra mis-sit;

8) “sustanza” tfisser kwalunkwe element kimiku u l-komposti tiegħu, ħlief sustanzi radjuattivi;

9) “inkwinant” tfisser sustanza jew grupp ta' sustanzi li jistà jkun ta' periklu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-proprjetajiet tiegħu u l-introduzzjoni tiegħu fl-ambjent;

10) “Rilaxx” tfisser kwalunkwe introduzzjoni ta' inkwinanti fl-ambjent bħala riżultat ta' kwalunkwe attività tal-bniedem, kemm jekk deliberata jew aċċidentali, ta' rutina jew mhux ta' rutina, inkluż tixrid, emissjoni, ħruġ, injezzjoni, rimi jew ħatt, jew permezz ta' sistemi ta' dranaġġ mingħajr tisfija finali tad-dranaġġ;

11) “trasferiment ‘l barra mis-sit” tfisser il-moviment lill-hinn mill-fruntieri ta' faċilità ta' skart destinat għall-irkupru jew għar-rimi u għall-inkwinanti f’ilma ta' dranaġġ destinat għat-tisfija tad-dranaġġ;

12) “sorsi diffużi” tfisser il-ħafna sorsi iżgħar jew mifruxa li minnhom jistà jkun hemm rilaxx ta' inkwinanti fl-art, fl-arja jew fl-ilma, li l-impatt magħqud tagħhom fuq dawk il-mezzi jistgħu jkunu sinifikattivi u li għalihom mhux prattiku li jinġabru rapporti għal kwalunkwe sors individwali;

13) “skart” tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett kif definit fl-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar skart ( 1 );

14) “skart perikoluż” tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett kif definit fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 91/689/KEE;

15) “ilma ta' dranaġġ” tfisser ilma ta' dranaġġ li ġej minn sorsi urbani, domestiċi jew industrijali, kif definit fl-Artikolu 2 (1), (2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-tisfija ta' l-ilma ta' dranaġġ urban ( 2 ), u kwalunkwe ilma użat ieħor li huwa soġġett għar-regolamentazzjoni mill-liġi Komunitarja minħabba s-sustanzi jew oġġetti li fih;

16) “rimi” tfisser kwalunkwe operazzjoni disposta f’Annes IIA tad-Direttiva 75/442/KEE;

17) “irkupru” tfisser kwalunkwe operazzjoni disposta f’Annes IIB tad-Direttiva 75/442/KEE.

Artikolu 3 Kontenut tal-PRTR Ewropew

Artikolu 3

Kontenut tal-PRTR Ewropew

Il-PRTR Ewropew ser jinkludi informazzjoni dwar:

(a) rilaxxi ta' inkwinanti imsemmija fl-Artikolu 5(1)(a) li għandhom jiġu rappurtati mill-operaturi tal-faċilitajiet li qegħdin iwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness I;

(b) trasferimenti 'l barra mis-sit ta' skart imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b) u ta' inkwinanti f'ilma ta' dranaġġ imsemmi fl-Artikolu 5(1)(ċ), li għandu jiġi rrapurtat mill-operaturi tal-faċilitajiet fejn qed jitwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness I;

(ċ) rilaxxi ta' inkwinanti minn sorsi diffużi imsemmija fl-Artikolu 8(1), fejn disponibbli.

Artikolu 4 Disinn u Struttura

Artikolu 4

Disinn u Struttura

1.  Il-Kummissjoni ser tippubblika l-PRTR Ewropew, u b'hekk tippreżenta id-data f’forom kemm aggregati kif ukoll mhux aggregati, sabiex rilaxxi u trasferimenti jistgħu jiġu mfittxija u identifikati permezz ta':

(a) faċilità, inkluża l-facilità tal-kumpanija prinċipali fejn japplika, u s-sit ġeografiku tagħha, inkluż il-baċir tax-xmara;

(b) attività;

(ċ) okkorrenza fuq livell ta' l-Istati Membri jew Komunitarju;

(d) inkwinant jew skart, kif xieraq;

(e) kull mezz ambjentali (l-arja, l-ilma, l-art) li fih sar ir-rilaxx ta' l-inkwinant;

(f) trasferimenti ‘l barra mis-sit u d-destinazzjoni tagħhom, kif xieraq;

(ġ) trasferimenti ‘l barra mis-sit ta' inkwinanti fl-ilma ta' dranaġġ;

(h) sorsi diffużi;

(i) sid jew operatur ta' faċilita'.

2.  Il-PRTR Ewropew għandu jkun imfassal sabiex l-aċċess pubbliku jkun l-iktar komdu possibbli sabiex l-informazzjoni, taħt kundizzjonijiet operattivi normali, tkun kontinwament u immedjatament aċċessibbli fl-internet u permezz ta' mezzi elettroniċi oħra. It-tfassil tiegħu għandu jieħu in konsiderazzjoni l-possibbiltà l-espansjoni tiegħu fil-ġejjieni u għandu jinkludi kull data li ġiet rapurtata fis-snin preċedenti ta' rappurtar, sa mill-inqas l-aħħar għaxar snin preċedenti ta' rappurtar.

3.  Il-PRTR Ewropew ser jinkludi konnessjonijiet ma’:

(a) Il-PRTR nazzjonali ta' l-Istati Membri;

(b) databases attwali oħra li huma rilevanti, aċċessibbli mill-pubbliku dwar affarijiet relatati mal-PRTR, li jinkludu PRTR nazzjonali ta' Partijiet oħra tal-Protokoll u, fejn jista' jsir, għal dawk ta' pajjiżi oħra;

(ċ) websites tal-faċilitajiet jekk dawn jeżistu u jekk il-konnessjonijiet huma mogħtija b'mod volontarju mill-faċilitajiet.

Artikolu 5 Rappurtar mill-Operaturi

Artikolu 5

Rappurtar mill-Operaturi

1.  L-operatur ta' faċilità li jieħu f’idejh attività waħda jew iktar mill-attivitajiet speċifikati fl-Anness I aktar mil-limiti ta' kapaċità applikabbli kif speċifikati fl-istess Anness għandu jirraporta lill-awtorità kompetenti tiegħu l-ammont annwali, flimkien ma’ indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni hijiex imfassla fuq kejl, kalkolu jew stima, ta' dan li ġej:

(a) rilaxxi fl-arja, fl-ilma, jew fl-art ta' kwalunkwe inkwinant speċifikat fl-Anness II li għalihom il-limitu applikabbli speċifikat fl-Anness II ġie maqbuż;

(b) trasferimenti ’l barra mis-sit ta' skart perikoluż ta' piż ogħla minn żewġ tunnellati fis-sena jew ta' skart mhux perikoluż li l-piż tiegħu hu ogħla minn 2 000 tunnellata fis-sena, għal kwalunkwe operazzjonijiet ta' rkupru jew rimi bl-eċċezzjoni ta' l-operazzjonijiet ta' rimi ta' trattament ta' l-art u ta' injezzjoni fil-fond kif imsemmi fl-Artikolu 6, b’indikazzjonijiet bl-ittri “R” jew “D” rispettivament jekk l-iskart huwa destinat għall-irkupru jew għar-rimi u, għal movimenti li jaqsmu l-fruntieri ta' skart perikoluż, l-isem u indirizz ta' min ser jirkupra jew min ser jarmi l-iskart u s-sit effettiv ta' fejn ser isir il-proċess ta' l-irkupru jew tar-rimi;

(ċ) trasferimenti 'l barra mis-sit ta' kwalunkwe inkwinant speċifikat fl-Anness II f’ilma tad-dranaġġ li huwa destinat għat-tisfija ta' ilma ta' dranaġġ li għalih il-limitu speċifikat fl-Anness II, taħt kolonna 1b ġie maqbuż.

▼M2

L-operatur ta’ kull faċilità li jieħu f’idejh waħda jew iktar mill-attivitajiet speċifikati fl-Anness I, ’il fuq mil-limitu ta’ kapaċità applikabbli speċifikat fl-istess Anness, għandu jikkomunika, b’mezzi elettroniċi, lill-awtorità kompetenti tiegħu l-informazzjoni li tidentifika l-faċilità skont il-format imsemmi fl-Artikolu 7(2) sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli għall-awtorità kompetenti.

▼B

Fil-każ ta' data indikata bħala bbażata fuq kejl jew kalkoli l-metodu analitiku u/jew il-metodu ta' kalkolu għandhom jiġu rrapurtati.

Ir-rilaxxi imsemmija fl-Anness II rappurtati skond il-punt (a) ta' dan il-paragrafu għandu jinkludi r-rilaxxi kollha mis-sorsi kollha mdaħħla fl-Anness I fis-sit tal-faċilità.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ser tinkludi informazzjoni dwar rilaxxi u trasferimenti li jirriżultaw bħala total ta' kull attività magħmula deliberatament, aċċidentalment, bħala rutina u mhux bħala rutina.

Meta jipprovdu din l-informazzjoni l-operaturi għandhom jispeċifikaw kwalunkwe data li tkun marbuta ma' rilaxxi aċċidentali, meta din tkun disponibbli.

3.  L-operatur ta' kull faċilità għandu jiġbor bi frekwenza xierqa l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi determinat liema mir-rilaxxi mill-faċilità u mit-trasferimenti ‘il barra mis-sit huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' rapurtar taħt paragrafu 1.

4.  Meta jiġi preparat ir-rapport, l-operatur ikkonċernat għandu jagħmel użu mill-aħjar informazzjoni disponibbli, li jista' tinkludi data minn monitoraġġ, fatturi ta' emissjoni, ekwazzjonijiet ta' bilanċ ta' massa, monitoraġġ indirett jew kalkoli oħra, ġudizzji ta' inġinerija u metodi oħra skond l-Artikolu 9(1) u skond metodoloġiji approvati internazzjonalment, fejn dawn huma disponibbli.

5.  L-operatur ta' kull faċilità kkonċernata għandu jżomm għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri r-reġistri tad-data li minnha ġiet l-informazzjoni rappurtata għal żmien ta' ħames snin, li jibdew mit-tmiem tas-sena ta' rappurtar ikkonċernata. Dawn ir-reġistri għandhom jispjegaw ukoll il-metodoloġija li ġiet użata għall-ġbir ta' data.

Artikolu 6 Rilaxxi fl-art

Artikolu 6

Rilaxxi fl-art

Skart li huwa soġġett għal operazzjonijiet ta' rimi ta' “trattament ta' l-art” jew “injezzjoni fil-fond”, kif speċifikat fl-Anness II A tad-Direttiva 75/442/KEE, għandu jiġi rapurtat bħala rilaxx fl-art biss mill-operatur tal-faċilità li joħloq l-iskart.

Artikolu 7 Rappurtar mill-Istati Membri

Artikolu 7

Rappurtar mill-Istati Membri

1.  L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, b’ kunsiderazzjoni meħuda għar-rekwiżiti imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, data sa meta l-operaturi ser ikollhom jipprovdu kull data msemmija fl-Artikoli 5(1) u (2) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3), (4) u (5) lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

▼M2

2.  Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, permezz ta’ trasferiment elettroniku, rapport li jkun fih id-data kollha msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) f’format u sa data li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2). Fi kwalunkwe każ, id-data tar-rapportar għandha tkun mhux aktar tard minn 11-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ rapportar.

3.  Is-servizzi tal-Kummissjoni, assistiti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tinkorpora l-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri fil-PRTR Ewropew fi żmien xahar mit-tlestija tar-rapportar mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 2.

▼B

Artikolu 8 Rilaxxi minn Sorsi Diffużi

Artikolu 8

Rilaxxi minn Sorsi Diffużi

1.  Il-Kummissjoni, bl-għajnuna ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tinkludi fil-PRTR Ewropew informazzjoni dwar rilaxxi minn sorsi diffużi fejn tali informazzjoni teżisti u tkun diġà ġiet rapurtata mill-Istati Membri.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ser tiġi organizzata b'tali mod sabiex l-utenti jkunu jistgħu jfittxu u jidentifikaw ir-rilaxxi ta' inkwinanti minn sorsi diffużi skond des-aggregazzjoni ġeografika adegwata u ser tinkludi informazzjoni dwar it-tip ta' metodoloġija użata sabiex tinkiseb l-informazzjoni.

▼M3

3.  Meta tiddetermina li ma teżisti ebda data dwar ir-rilaxxi minn sorsi diffużi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tibda rapportar dwar ir-rilaxxi ta’ inkwinanti rilevanti minn sors diffuż wieħed jew aktar billi jintużaw, fejn ikunu xierqa, metodoloġiji approvati f’livell internazzjonali.

▼B

Artikolu 9 Assigurazzjoni ta' Kwalità u Valutazzjoni

Artikolu 9

Assigurazzjoni ta' Kwalità u Valutazzjoni

1.  L-operatur ta' kull faċilità soġġett għar-rekwiżiti ta' rappurtar imsemmija fl-Artikolu 5 għandu jassigura l-kwalità ta' l-informazzjoni li jirraporta.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-kwalità tad-data provduta mill-operaturi tal-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari dwar il-kompletezza, konsistenza u kredibilità taghħom.

3.  Il-Kummissjoni għandha tikkoordina xogħol ta' assigurazzjoni ta' kwalità u ta' valutazzjoni ta' kwalità b'konsultazzjoni mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1).

4.  Il-Kummissjoni tista' taddotta linji gwida għall-monitoraġġ u l-irrappurtar ta' emissjonijiet skond il-proċedura msemmija fi Artikolu 19(2). Dawn il-linji gwida għandhom ikunu bi qbil ma' metodoloġiji approvati internazzjonalment, fejn xieraq, u għandhom ikunu konsistenti ma' leġislazzjoni Komunitarja oħra.

Artikolu 10 Aċċessgħall-informazzjoni

Artikolu 10

Aċċess għall-informazzjoni

1.  Il-Kummissjoni, bl-għajnuna ta l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, ser tagħmel il-PRTR Ewropew aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta' disseminazzjoni mingħajr ħlas fuq l-Internet skond il-qafas ta' żmien dispost fl-Artikolu 7(3).

2.  Fejn l-informazzjoni li tinstab fil-PRTR Ewropew mhix faċilment aċċessibli għall-pubbliku permezz ta' mezzi elettroniċi diretti, l-Istat Membru konċernat u l-Kummissjoni għandhom jiffaċilitaw l-aċċess elettroniku għall-PRTR Ewropew f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku.

▼M2

Artikolu 11 Kunfidenzjalità

Artikolu 11

Kunfidenzjalità

Meta l-informazzjoni titqies kunfidenzjali minn Stat Membru skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament għas-sena ta’ rapportar ikkonċernata għandu jindika separatament għal kull faċilità liema informazzjoni ma tkunx tista’ ssir pubblika u jagħti r-raġunijiet għal dan.

▼B

Artikolu 12 Parteċipazzjoni Pubblika

Artikolu 12

Parteċipazzjoni Pubblika

1.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-pubbliku b’opportunitajiet bikrija u effettivi sabiex jieħu sehem fl-iżvilupp ulterjuri tal-PRTR Ewropew, inkluż bini tal-kapaċità u l-preparazzjoni ta' emendi lil dan ir-Regolament.

2.  Il-pubbliku ser ikollu l-opportunità li jippreżenta kwalunkwe kumment, informazzjoni, analiżi jew opinjonijiet li huma relevanti f'qafas ta' żmien raġonevoli.

3.  Il-Kummissjoni ser tieħu kont xieraq ta' tali input u ser tinforma lill-pubbliku dwar ir-riżultat tal-parteċipazzjoni pubblika.

Artikolu 13 Aċċess għall-Ġustizzja

Artikolu 13

Aċċess għall-Ġustizzja

Aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet relatati ma' l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali ser jkun żgurat skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4/KE u, fejn jikkonċerna l-istituzzjonijiet tal-Komunità, skond l-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 4 ).

Artikolu 14 Dokument ta' Gwida

Artikolu 14

Dokument ta' Gwida

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa dokument ta' gwida li jservi ta' appoġġ għall-implementazzjoni tal-PRTR Ewropew mill-iktar fis possibbli imma mhux aktar tard minn erba' xhur qabel il-bidu ta' l-ewwel sena ta' rappurtar u f'konsultazzjoni mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1).

2.  Id-dokument ta' gwida għall-implementazzjoni tal-PRTR Ewropew ser jindirizza b’mod partikolari dettalji dwar dan li ġej:

(a) proċeduri ta' rappurtar;

(b) id-data li għandha tiġi rappurtata;

(ċ) assigurazzjoni u valutazzjoni tal-kwalità;

(d) indikazzjoni tat-tip ta' informazzjoni miżmuma u r-raġuni għaliex ġiet miżmuma fil-każ ta' data kunfidenzjali;

(e) referenza għal metodi ta' determinazzjoni u analitiċi dwar rilaxx approvat internazzjonalment, metodoloġiji ta' ġbir ta' kampjuni;

(f) indikazzjoni tal-kumpanniji prinċipali;

(ġ) kodifikazzjoni ta' attivitajiet skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 96/61/KE.

Artikolu 15 Tqajjim ta' Kuxjenza

Artikolu 15

Tqajjim ta' Kuxjenza

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri sejrin jippromwovu kuxjenza pubblika dwar il-PRTR Ewropew u sejrin jassiguraw li tingħata assistenza għall-aċċess għal PRTR Ewropew u sabiex tiftiehem u tintuża l-informazzjoni li hemm fih.

▼M2 —————

▼M3

Artikolu 18 Emendi għall-Annessi

Artikolu 18

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18a li jemendaw l-Annessi II u III għall-finijiet li ġejjin:

(a) sabiex tadattahom għall-progress tekniku jew xjentifiku;

(b) sabiex tadattahom bħala riżultat tal-adozzjoni mil-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ kwalunkwe emenda tal-Annessi għall-Protokoll.

▼M3

Artikolu 18a Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 18a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 18 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(3) u fl-Artikolu 18 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 5 ).

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 18 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 19 Proċedura ta' Kumitat

Artikolu 19

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 20 Penali

Artikolu 20

Penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom iwettqu l-miżuri kollha meħtiega sabiex jassiguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk id-disposizzjonijiet sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 21 Emendi għad-Direttivi 91/689/KEE u 96/61/KE

Artikolu 21

Emendi għad-Direttivi 91/689/KEE u 96/61/KE

1.  L-artikolu 8(3) tad-Direttiva 91/689/KEE ser jiġi mħassar.

2.  L-artikolu 15(3) tad-Direttiva 96/61/KE ser jiġi mħassar.

Artikolu 22 Dħul fis-seħħ

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

ANNEX I Activities




ANNEX I

Activities



No

Activity

Capacity threshold

1.

Energy sector

 

(a)

Mineral oil and gas refineries

* (1)

(b)

Installations for gasification and liquefaction

*

(c)

Thermal power stations and other combustion installations

With a heat input of 50 megawatts (MW)

(d)

Coke ovens

*

(e)

Coal rolling mills

With a capacity of 1 tonne per hour

(f)

Installations for the manufacture of coal products and solid smokeless fuel

*

2.

Production and processing of metals

 

(a)

Metal ore (including sulphide ore) roasting or sintering installations

*

(b)

Installations for the production of pig iron or steel (primary or secondary melting) including continuous casting

With a capacity of 2,5 tonnes per hour

(c)

Installations for the processing of ferrous metals:

 

(i)  Hot-rolling mills

With a capacity of 20 tonnes of crude steel per hour

(ii)  Smitheries with hammers

With an energy of 50 kilojoules per hammer, where the calorific power used exceeds 20 MW

(iii)  Application of protective fused metal coats

With an input of 2 tonnes of crude steel per hour

(d)

Ferrous metal foundries

With a production capacity of 20 tonnes per day

(e)

Installations:

 

(i)  For the production of non-ferrous crude metals from ore, concentrates or secondary raw materials by metallurgical, chemical or electrolytic processes

*

(ii)  For the smelting, including the alloying, of non-ferrous metals, including recovered products (refining, foundry casting, etc.)

With a melting capacity of 4 tonnes per day for lead and cadmium or 20 tonnes per day for all other metals

(f)

Installations for surface treatment of metals and plastic materials using an electrolytic or chemical process

Where the volume of the treatment vats equals 30 m3

3.

Mineral industry

 

(a)

Underground mining and related operations

*

(b)

Opencast mining and quarrying

Where the surface of the area effectively under extractive operation equals 25 hectares

(c)

Installations for the production of:

 

(i)  Cement clinker in rotary kilns

With a production capacity of 500 tonnes per day

(ii)  Lime in rotary kilns

With a production capacity of 50 tonnes per day

(iii)  Cement clinker or lime in other furnaces

With a production capacity of 50 tonnes per day

(d)

Installations for the production of asbestos and the manufacture of asbestos-based products

*

(e)

Installations for the manufacture of glass, including glass fibre

With a melting capacity of 20 tonnes per day

(f)

Installations for melting mineral substances, including the production of mineral fibres

With a melting capacity of 20 tonnes per day

(g)

Installations for the manufacture of ceramic products by firing, in particular roofing tiles, bricks, refractory bricks, tiles, stoneware or porcelain

With a production capacity of 75 tonnes per day, or with a kiln capacity of 4 m3 and with a setting density per kiln of 300 kg/m3

4.

Chemical industry

 

(a)

Chemical installations for the production on an industrial scale of basic organic chemicals, such as:

(i)  Simple hydrocarbons (linear or cyclic, saturated or unsaturated, aliphatic or aromatic)

(ii)  Oxygen-containing hydrocarbons such as alcohols, aldehydes, ketones, carboxylic acids, esters, acetates, ethers, peroxides, epoxy resins

(iii)  Sulphurous hydrocarbons

(iv)  Nitrogenous hydrocarbons such as amines, amides, nitrous compounds, nitro compounds or nitrate compounds, nitriles, cyanates, isocyanates

(v)  Phosphorus-containing hydrocarbons

(vi)  Halogenic hydrocarbons

(vii)  Organometallic compounds

(viii)  Basic plastic materials (polymers, synthetic fibres and cellulose-based fibres)

(ix)  Synthetic rubbers

(x)  Dyes and pigments

(xi)  Surface-active agents and surfactants

*

(b)

Chemical installations for the production on an industrial scale of basic inorganic chemicals, such as:

(i)  Gases, such as ammonia, chlorine or hydrogen chloride, fluorine or hydrogen fluoride, carbon oxides, sulphur compounds, nitrogen oxides, hydrogen, sulphur dioxide, carbonyl chloride

(ii)  Acids, such as chromic acid, hydrofluoric acid, phosphoric acid, nitric acid, hydrochloric acid, sulphuric acid, oleum, sulphurous acids

(iii)  Bases, such as ammonium hydroxide, potassium hydroxide, sodium hydroxide

(iv)  Salts, such as ammonium chloride, potassium chlorate, potassium carbonate, sodium carbonate, perborate, silver nitrate

(v)  Non-metals, metal oxides or other inorganic compounds such as calcium carbide, silicon, silicon carbide

*

(c)

Chemical installations for the production on an industrial scale of phosphorous-, nitrogen- or potassium-based fertilisers (simple or compound fertilisers)

*

(d)

Chemical installations for the production on an industrial scale of basic plant health products and of biocides

*

(e)

Installations using a chemical or biological process for the production on an industrial scale of basic pharmaceutical products

*

(f)

Installations for the production on an industrial scale of explosives and pyrotechnic products

*

5.

Waste and wastewater management

 

(a)

Installations for the recovery or disposal of hazardous waste

Receiving 10 tonnes per day

(b)

Installations for the incineration of non-hazardous waste in the scope of Directive 2000/76/EC of the European Parliament and of the Council of 4 December 2000 on the incineration of waste (2)

With a capacity of 3 tonnes per hour

(c)

Installations for the disposal of non-hazardous waste

With a capacity of 50 tonnes per day

(d)

Landfills (excluding landfills of inert waste and landfills, which were definitely closed before 16.7.2001 or for which the after-care phase required by the competent authorities according to Article 13 of Council Directive 1999/31/EC of 26 April 1999 on the landfill of waste (3) has expired)

Receiving 10 tonnes per day or with a total capacity of 25 000  tonnes

(e)

Installations for the disposal or recycling of animal carcasses and animal waste

With a treatment capacity of 10 tonnes per day

(f)

Urban waste-water treatment plants

With a capacity of 100 000 population equivalents

(g)

Independently operated industrial waste-water treatment plants which serve one or more activities of this annex

With a capacity of 10 000  m3 per day (4)

6.

Paper and wood production and processing

 

(a)

Industrial plants for the production of pulp from timber or similar fibrous materials

*

(b)

Industrial plants for the production of paper and board and other primary wood products (such as chipboard, fibreboard and plywood)

With a production capacity of 20 tonnes per day

(c)

Industrial plants for the preservation of wood and wood products with chemicals

With a production capacity of 50 m3 per day

7.

Intensive livestock production and aquaculture

 

(a)

Installations for the intensive rearing of poultry or pigs

(i)  With 40 000 places for poultry

(ii)  With 2 000 places for production pigs (over 30 kg)

(iii)  With 750 places for sows

(b)

Intensive aquaculture

With a production capacity of 1 000  tonnes of fish or shellfish per year

8.

Animal and vegetable products from the food and beverage sector

 

(a)

Slaughterhouses

With a carcass production capacity of 50 tonnes per day

(b)

Treatment and processing intended for the production of food and beverage products from:

 

(i)  Animal raw materials (other than milk)

With a finished product production capacity of 75 tonnes per day

(ii)  Vegetable raw materials

With a finished product production capacity of 300 tonnes per day (average value on a quarterly basis)

(c)

Treatment and processing of milk

With a capacity to receive 200 tonnes of milk per day (average value on an annual basis)

9.

Other activities

 

(a)

Plants for the pre-treatment (operations such as washing, bleaching, mercerisation) or dyeing of fibres or textiles

With a treatment capacity of 10 tonnes per day

(b)

Plants for the tanning of hides and skins

With a treatment capacity of 12 tonnes of finished product per day

(c)

Installations for the surface treatment of substances, objects or products using organic solvents, in particular for dressing, printing, coating, degreasing, waterproofing, sizing, painting, cleaning or impregnating

With a consumption capacity of 150 kg per hour or 200 tonnes per year

(d)

Installations for the production of carbon (hard-burnt coal) or electro-graphite by means of incineration or graphitisation

*

(e)

Installations for the building of, and painting or removal of paint from ships

With a capacity for ships 100 m long

(1)   

An asterisk (*) indicates that no capacity threshold is applicable (all facilities are subject to reporting).

(2)   

OJ L 332, 28.12.2000, p. 91.

(3)   

OJ L 182, 16.7.1999, p. 1. Directive as amended by Regulation (EC) No 1882/2003.

(4)   

The capacity threshold shall be reviewed by 2010 at the latest in the light of the results of the first reporting cycle.

ANNEX II Pollutants (*1)




ANNEX II

Pollutants ( *1 )



No

CAS number

Pollutant (1)

Threshold for releases

(column 1)

to air

(column 1a)

kg/year

to water

(column 1b)

kg/year

to land

(column 1c)

kg/year

1

74-82-8

Methane (CH4)

100 000

— (2)

—

2

630-08-0

Carbon monoxide (CO)

500 000

—

—

3

124-38-9

Carbon dioxide (CO2)

100 million

—

—

4

 

Hydro-fluorocarbons (HFCs) (3)

100

—

—

5

10024-97-2

Nitrous oxide (N2O)

10 000

—

—

6

7664-41-7

Ammonia (NH3)

10 000

—

—

7

 

Non-methane volatile organic compounds (NMVOC)

100 000

—

—

8

 

Nitrogen oxides (NOx/NO2)

100 000

—

—

9

 

Perfluorocarbons (PFCs) (4)

100

—

—

10

2551-62-4

Sulphur hexafluoride (SF6)

50

—

—

11

 

Sulphur oxides (SOx/SO2)

150 000

—

—

12

 

Total nitrogen

—

50 000

50 000

13

 

Total phosphorus

—

5 000

5 000

14

 

Hydrochlorofluorocarbons (HCFCs) (5)

1

—

—

15

 

Chlorofluorocarbons (CFCs) (6)

1

—

—

16

 

Halons (7)

1

—

—

17

 

Arsenic and compounds (as As) (8)

20

5

5

18

 

Cadmium and compounds (as Cd) (8)

10

5

5

19

 

Chromium and compounds (as Cr) (8)

100

50

50

20

 

Copper and compounds (as Cu) (8)

100

50

50

21

 

Mercury and compounds (as Hg) (8)

10

1

1

22

 

Nickel and compounds (as Ni) (8)

50

20

20

23

 

Lead and compounds (as Pb) (8)

200

20

20

24

 

Zinc and compounds (as Zn) (8)

200

100

100

25

15972-60-8

Alachlor

—

1

1

26

309-00-2

Aldrin

1

1

1

27

1912-24-9

Atrazine

—

1

1

28

57-74-9

Chlordane

1

1

1

29

143-50-0

Chlordecone

1

1

1

30

470-90-6

Chlorfenvinphos

—

1

1

31

85535-84-8

Chloro-alkanes, C10-C13

—

1

1

32

2921-88-2

Chlorpyrifos

—

1

1

33

50-29-3

DDT

1

1

1

34

107-06-2

1,2-dichloroethane (EDC)

1 000

10

10

35

75-09-2

Dichloromethane (DCM)

1 000

10

10

36

60-57-1

Dieldrin

1

1

1

37

330-54-1

Diuron

—

1

1

38

115-29-7

Endosulphan

—

1

1

39

72-20-8

Endrin

1

1

1

40

 

Halogenated organic compounds (as AOX) (9)

—

1 000

1 000

41

76-44-8

Heptachlor

1

1

1

42

118-74-1

Hexachlorobenzene (HCB)

10

1

1

43

87-68-3

Hexachlorobutadiene (HCBD)

—

1

1

44

608-73-1

1,2,3,4,5,6-hexachlorocyclohexane(HCH)

10

1

1

45

58-89-9

Lindane

1

1

1

46

2385-85-5

Mirex

1

1

1

47

 

PCDD + PCDF (dioxins + furans) (as Teq) (10)

0,0001

0,0001

0,0001

48

608-93-5

Pentachlorobenzene

1

1

1

49

87-86-5

Pentachlorophenol (PCP)

10

1

1

50

1336-36-3

Polychlorinated biphenyls (PCBs)

0,1

0,1

0,1

51

122-34-9

Simazine

—

1

1

52

127-18-4

Tetrachloroethylene (PER)

2 000

10

—

53

56-23-5

Tetrachloromethane (TCM)

100

1

—

54

12002-48-1

Trichlorobenzenes (TCBs) (all isomers)

10

1

—

55

71-55-6

1,1,1-trichloroethane

100

—

—

56

79-34-5

1,1,2,2-tetrachloroethane

50

—

—

57

79-01-6

Trichloroethylene

2 000

10

—

58

67-66-3

Trichloromethane

500

10

—

59

8001-35-2

Toxaphene

1

1

1

60

75-01-4

Vinyl chloride

1 000

10

10

61

120-12-7

Anthracene

50

1

1

62

71-43-2

Benzene

1 000

200

(as BTEX) (11)

200

(as BTEX) (11)

63

 

Brominated diphenylethers (PBDE) (12)

—

1

1

64

 

Nonylphenol and Nonylphenol ethoxylates (NP/NPEs)

—

1

1

65

100-41-4

Ethyl benzene

—

200

(as BTEX) (11)

200

(as BTEX) (11)

66

75-21-8

Ethylene oxide

1 000

10

10

67

34123-59-6

Isoproturon

—

1

1

68

91-20-3

Naphthalene

100

10

10

69

 

Organotin compounds(as total Sn)

—

50

50

70

117-81-7

Di-(2-ethyl hexyl) phthalate (DEHP)

10

1

1

71

108-95-2

Phenols (as total C) (13)

—

20

20

72

 

Polycyclic aromatic hydrocarbons (PAHs) (14)

50

5

5

73

108-88-3

Toluene

—

200

(as BTEX) (11)

200

(as BTEX) (11)

74

 

Tributyltin and compounds (15)

—

1

1

75

 

Triphenyltin and compounds (16)

—

1

1

76

 

Total organic carbon (TOC) (as total C or COD/3)

—

50 000

—

77

1582-09-8

Trifluralin

—

1

1

78

1330-20-7

Xylenes (17)

—

200

(as BTEX) (11)

200

(as BTEX) (11)

79

 

Chlorides (as total Cl)

—

2 million

2 million

80

 

Chlorine and inorganic compounds (as HCl)

10 000

—

—

81

1332-21-4

Asbestos

1

1

1

82

 

Cyanides (as total CN)

—

50

50

83

 

Fluorides (as total F)

—

2 000

2 000

84

 

Fluorine and inorganic compounds (as HF)

5 000

—

—

85

74-90-8

Hydrogen cyanide (HCN)

200

—

—

86

 

Particulate matter (PM10)

50 000

—

—

87

1806-26-4

Octylphenols and Octylphenol ethoxylates

—

1

—

88

206-44-0

Fluoranthene

—

1

—

89

465-73-6

Isodrin

—

1

—

90

36355-1-8

Hexabromobiphenyl

0,1

0,1

0,1

91

191-24-2

Benzo(g,h,i)perylene

 

1

 

(1)   

Unless otherwise specified any pollutant specified in Annex II shall be reported as the total mass of that pollutant or, where the pollutant is a group of substances, as the total mass of the group.

(2)   

A hyphen (—) indicates that the parameter and medium in question do not trigger a reporting requirement.

(3)   

Total mass of hydrogen fluorocarbons: sum of HFC23, HFC32, HFC41, HFC4310mee, HFC125, HFC134, HFC134a, HFC152a, HFC143, HFC143a, HFC227ea, HFC236fa, HFC245ca, HFC365mfc.

(4)   

Total mass of perfluorocarbons: sum of CF4, C2F6, C3F8, C4F10, c-C4F8, C5F12, C6F14.

(5)   

Total mass of substances including their isomers listed in Group VIII of Annex I to Regulation (EC) No 2037/2000 of the European Parliament and of the Council of 29 June 2000 on substances that deplete the ozone layer (OJ L 244, 29.9.2000, p. 1). Regulation as amended by Regulation (EC) No 1804/2003 (OJ L 265, 16.10.2003, p. 1).

(6)   

Total mass of substances including their isomers listed in Group I and II of Annex I to Regulation (EC) No 2037/2000.

(7)   

Total mass of substances including their isomers listed in Group III and VI of Annex I to Regulation (EC) No 2037/2000.

(8)   

All metals shall be reported as the total mass of the element in all chemical forms present in the release.

(9)   

Halogenated organic compounds which can be adsorbed to activated carbon expressed as chloride.

(10)   

Expressed as I-TEQ.

(11)   

Single pollutants are to be reported if the threshold for BTEX (the sum parameter of benzene, toluene, ethyl benzene, xylenes) is exceeded.

(12)   

Total mass of the following brominated diphenylethers: penta-BDE, octa-BDE and deca-BDE.

(13)   

Total mass of phenol and simple substituted phenols expressed as total carbon.

(14)   

Polycyclic aromatic hydrocarbons (PAHs) are to be measured for reporting of releases to air as benzo(a)pyrene (50-32-8), benzo(b)fluoranthene (205-99-2), benzo(k)fluoranthene (207-08-9), indeno(1,2,3-cd)pyrene (193-39-5) (derived from Regulation (EC) No 850/2004 of the European Parliament and of the Council of 29 April 2004 on persistent organic pollutants (OJ L 229, 29.6.2004, p. 5)).

(15)   

Total mass of tributyltin compounds, expressed as mass of tributyltin.

(16)   

Total mass of triphenyltin compounds, expressed as mass of triphenyltin.

(17)   

Total mass of xylene (ortho-xylene, meta-xylene, para-xylene).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R0166
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.