|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
1)
“skart” huwa kif definit fl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2006/12/KE;
2)
“skart perikoluż” huwa kif definit fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż ( 4 );
3)
“taħlita ta' skart” tfisser skart li jirriżulta minn taħlit intenzjonat jew mhux intenzjonat ta' żewġ tipi differenti jew aktar ta' skart u li għal liema taħlita ma teżistix entrata waħdanija fl-Annessi III, IIIB, IV u IVA. Skart trasportat fi vjeġġ wieħed ta' skart, li jikkonsisti f'żewġ tipi jew aktar ta' skart, fejn kull skart huwa separat, mhuwiex taħlita ta' skart;
4)
“rimi” huwa kif definit fl-Artikolu 1(1)(e) tad-Direttiva 2006/12/KE;
5)
“rimi temporanju” tfisser l-operazzjonijiet ta' rimi D 13 sa D 15 kif definiti fl-Anness II A mad-Direttiva 2006/12/KE;
6)
“rkupru” huwa kif definit fl-Artikolu 1(1)(f) tad-Direttiva 2006/12/KE;
7)
“rkupru temporanju” tfisser l-operazzjonijiet ta' rkupru R 12 u R 13 kif definiti fl-Anness IIB mad-Direttiva 2006/12/KE;
7a)
“użu mill-ġdid” tfisser kif definit fl-Artikolu 3(13) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
8)
“maniġġar ambjentalment san” tfisser it-teħid tal-passi prattikabbli kollha sabiex jiġi żgurat li l-iskart ikun maniġġat b'mod li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kontra effetti ħżiena li jistgħu jirriżultaw minn tali skart;
9)
“produttur” huwa kwalunkwe persuna li l-attivitajiet tagħha jipproduċu l-iskart (produttur oriġinali) u/jew kwalunkwe persuna li tagħmel operazzjonijiet ta' proċessar preventiv, ta' taħlit jew operazzjonijiet oħrajn li jirriżultaw f'bidla fin-natura jew fil-kompożizzjoni ta' dan l-iskart (produttur ġdid) (kif definit fl-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2006/12/KE);
10)
“detentur” huwa l-produttur ta' l-iskart jew il-persuna fiżika jew ġuridika li għandha l-pussess tiegħu (u kif definit fl-Artikolu 1(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/12/KE);
11)
“kollettur” huwa kwalunkwe persuna li twettaq ġbir ta' skart kif definit fl-Artikolu 1(1)(g) tad-Direttiva 2006/12/KE;
12)
“negozjant” huwa kwalunkwe persuna li taġixxi fir-rwol ta' prinċipal sabiex tixtri u sussegwentement tbiegħ skart, inklużi tali negozjanti li ma jieħdux pussess fiżiku ta' l-iskart, u kif imsemmi fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/12/KE;
13)
“sensar” huwa kwalunkwe persuna li torganizza l-irkupru jew ir-rimi ta' skart f'isem ħaddieħor, inklużi dawk is-sensara li ma jieħdux pussess fiżiku ta' iskart, kif imsemmi fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/12/KE;
14)
“destinatarju” tfisser il-persuna jew l-impriża taħt il-ġurisdizzjoni tal-pajjiż tad-destinazzjoni li lilhom jiġi trasportat l-iskart għall-irkupru jew għar-rimi;
15)
“notifikatur” tfisser:
(a)
fil-każ ta' vjeġġ li joriġina minn Stat Membru, kull persuna fiżika jew ġuridika taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru li jkollha l-intenzjoni li twettaq vjeġġ ta' skart jew li għandha l-intenzjoni li tqabbad lil min iwettaq vjeġġ ta' skart u li lilha jiġi assenjat id-dover tan-notifika. In-notifikatur huwa waħda mill-persuni jew korpi elenkati hawn taħt, magħżul skond il-grad stabbilit f'din il-lista:
(i)
il-produttur oriġinali; jew
(ii)
il-produttur liċenzjat ġdid li jwettaq operazzjonijiet qabel il-vjeġġ; jew
(iii)
kollettur liċenzjat li, minn kwantitajiet żgħar varji ta' l-istess tip ta' skart miġbur minn varjetà ta' fonti, ġabar il-vjeġġ li għandu jibda minn lok wieħed notifikat; jew:
(iv)
negozjant reġistrat, li ġie awtorizzat bil-miktub mill-produttur oriġinali, l-produttur ġdid jew l-kollettur liċenzjat speċikati fil-punti (i), (ii) u (iii) sabiex jaġixxi f'ismu bħala notifikatur;
(v)
sensar reġistrat awtorizzat bil-miktub mill-produttur oriġinali, l-produttur ġdid jew il-kollettur liċenzjat speċifikati fil-punti (i), (ii) u (iii) sabiex jaġixxi f'ismu bħala notifikatur;
(vi)
fejn il-persuni kollha speċifikati fil-punti (i), (ii), (iii), (iv) u (v) jekk applikabbli, mhumiex magħrufa jew huma insolventi, id-detentur. Jekk notifikatur speċifikat fil-punti (iv) jew (v) jonqos milli jwettaq xi wieħed mill-obbligi ta' teħid lura stabbiliti fl-Artikoli 22 sa 25, il-produttur oriġinali jew il-produttur ġdid jew il-kollettur liċenzjat speċifikati fil-punti (i), (ii) jew (iii) rispettivament li awtorizza dak in-negozjant jew sensar sabiex jaġixxi f'ismu għandu jitqies bħala n-notifikatur għall-finijiet ta' l-imsemmija obbligi ta' teħid lura. F'cirkustanzi ta' vjeġġi illegali notifikati minn negozjant jew sensar speċifikat fil-punti (iv) jew (v), il-persuna speċifikata fil-punti (i), (ii) jew (iii) li awtorizzat dak in-negozjant jew sensar sabiex jaġixxi f'isimha għandha titqies bħala n-notifikatur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament;
(b)
fil-każ ta' importazzjoni bejn il-Komunità jew ta' transitu mill-Komunità ta' skart li ma joriġinax fi Stat Membru, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, minn dawn li ġejjin, taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak il-pajjiż tad-dispaċċ li għandha l-intenzjoni li twettaq vjeġġ ta' skart jew li għandha l-intenzjoni li tqabbad lil min iwettaq vjeġġ ta' skart jew li qabbdet lil min wettaq vjeġġ ta' skart, li tkun:
(i)
il-persuna nominata mil-liġi tal-pajjiż tad-dispaċċ, jew; fl-assenza ta' tali nomina,
(ii)
id-detentur fiż-żmien li saret l-esportazzjoni;
16)
“Konvenzjoni ta' Basel” tfisser il-Konvenzjoni ta' Basel tat-22 ta' Marzu 1989 dwar il-kontroll ta' movimenti transkonfinali ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu;
17)
“Deċiżjoni ta' l-OECD” tfisser id-Deċiżjoni C(2001)107/Finali tal-Kunsill ta' l-OECD li tikkonċerna d-Deċiżjoni C(92)39/Finali dwar il-kontroll ta' movimenti transkonfinali ta' skart destinat għal operazzjonijiet ta' rkupru;
18)
“awtorità kompetenti” tfisser:
(a)
fil-każ ta' Stati Membri, il-korp nominat mill-Istat Membru konċernat skond l-Artikolu 53; jew
(b)
fil-każ ta' Stat mhux Membru, li huwa Parti għall-Konvenzjoni ta' Basel, il-korp nominat minn dak il-pajjiż bħala l-awtorità kompetenti għall-finijiet ta' dik il-Konvenzjoni skond l-Artikolu 5 tagħha; jew
(ċ)
fil-każ ta' kwalunkwe pajjiż mhux imsemmi f'(a) jew (b), il-korp li jkun nominat bħala l-awtorità kompetenti mill-pajjiż jew ir-reġjun konċernat jew, fl-assenza ta' tali nominazzjoni, l-awtorità regolatorja għal dak il-pajjiż jew reġjun, skond il-każ, li għandha ġurisdizzjoni fuq vjeġġi ta' skart għal irkupru jew rimi jew transitu, skond kif ikun il-każ;
19)
“awtorità kompetenti tad-dispaċċ” tfisser l-awtorità kompetenti għaż-żona li minnha jibda jew huwa ippjanat li jibda vjeġġ;
20)
“awtorità kompetenti tad-destinazzjoni” tfisser l-awtorità kompetenti għaż-żona li fiha jasal jew huwa ppjanat li jasal il-vjeġġ, jew li fiha l-iskart jitgħabba qabel l-irkupru jew ir-rimi f'żona li ma hija taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta' l-ebda pajjiż;
21)
“awtorità kompetenti ta' transitu” tfisser l-aworità kompetenti ta' kwalunkwe pajjiż barra dak ta' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni li minnha jgħaddi jew huwa ippjanat li jgħaddi l-vjeġġ;
22)
“pajjiż tad-dispaċċ” tfisser kwalunkwe pajjiż li minnu jibda jew huwa ippjanat li jibda vjeġġ ta' skart.
23)
“pajjiż tad-destinazzjoni” tfisser kwalunkwe pajjiż li fih jasal jew ikun ippjanat li jasal vjeġġ ta' skart għall-irkupru jew għar-rimi hemmhekk, jew għall-iskop ta' tagħbija qabel irkupru jew rimi f'żona li ma hija taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta' l-ebda pajjiz;
24)
“pajjiż ta' transitu” tfisser kwalunkwe pajjiż, barra l-pajjiż tad-dispaċċ jew destinazzjoni, li minnu jgħaddi jew huwa ppjanat li jgħaddi vjeġġ ta' skart;
25)
“żona taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta' pajjiż” tfisser kwalunkwe art jew żona tal-baħar li fiha Stat jeżerċita responsabbiltà amministrattiva u regolatorja skond il-liġi internazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa umana jew ta' l-ambjent;
26)
“pajjiżi u territorji barranin” tfisser il-pajjiżi u territorji barranin kif elenkati fl-Anness 1A mad-Deċiżjoni 2001/822/KE;
27)
“uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni mill-Komunità” huwa l-uffiċċju doganali kif definit fl-Artikolu 161(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 6 );
28)
“uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità” huwa l-uffiċċju doganali kif definit fl-Artikolu 793(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 2454/93 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 7 );
29)
“uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità” huwa l-uffiċċju doganali fejn l-iskart miġjub fit-territorju doganali tal-Komunità jittieħed skond l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92;
30)
“importazzjoni” tfisser kwalunkwe dħul ta' skart fil-Komunità iżda eskluż it-transitu mill- Komunità;
31)
“esportazzjoni” tfisser l-azzjoni tat-tluq ta' skart mill-Komunità iżda eskluż it-transitu fil-Komunità;
32)
“transitu” tfisser vjeġġ ta' skart jew vjeġġ ippjanat ta' skart minn pajjiżi wieħed jew aktar barra l-pajjiż tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni;
33)
“trasport” tfisser il-ġarr ta' skart bit-triq, ferrovija, ajru, baħar jew kanali interni;
34)
“vjeġġ” tfisser it-trasport ta' skart destinat għal irkupru jew rimi li huwa ppjanat jew li jseħħ:
(a)
bejn pajjiż u pajjiż ieħor; jew
(b)
bejn xi pajjiż u pajjiżi u territorji barranin jew żoni oħrajn, taħt il-protezzjoni ta' dan ta' dak il-pajjiż; jew
(ċ)
bejn xi pajjiż u kwalunkwe żona ta' art li mhijiex parti ta' xi pajjiż skond il-liġi internazzjonali; jew
(d)
bejn xi pajjiż u l-Antartiku; jew
(e)
minn xi pajjiż u li jgħaddi minn xi waħda miż-żoni msemmija hawn fuq; jew
(f)
f'xi pajjiż u li jgħaddi minn xi waħda miż-ż-żoni msemmija hawn fuq u li jibda u jispiċċa fl-istess pajjiż; jew
(g)
minn xi żona ġeografika li mhijiex taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi pajjiż, lejn pajjiz;
35)
“vjeġġ illegali” tfisser kwalunkwe vjeġġ ta' skart li jittwettaq:
(a)
mingħajr notifika lill-awtoritajiet kompetenti kollha involuti b'mod konformi ma' dan ir-Regolament; jew
(b)
mingħajr il-kunsens ta' l-awtoritajiet kompetenti involuti b'mod konformi ma' dan ir-Regolament; jew
(ċ)
bil-kunsens miksub mill-awtoritajiet kompetenti konċernati permezz ta' falsifikazzjoni, rappreżentazzjoni ħażina jew frodi; jew
(d)
b'mod li mhuwiex speċifikat materjalment fid-dokumenti ta' notifika jew ta' moviment; jew
(e)
b'mod li jirriżulta f'irkupru jew f'rimi b'kontravenzjoni ta' regoli Komunitarji jew internazzjonali; jew
(f)
kuntrarju għall-Artikoli 34, 36, 39, 40, 41 u 43: jew
(g)
li, in konnessjoni ma vjeġġi ta' skart kif imsemmija fl-Artikoli 3(2) u (4), irriżulta minħabba li:
(i)
l-iskart instab li mhuwiex elenkat fl-Annessi III, III A jew IIIB; jew
(ii)
ma kienx hemm konformità ma' l-Artikolu 3(4);
(iii)
il-vjeġġ twettaq b'mod mhux speċifikat materjalment fid-dokument espost fl-Anness VII;
35a)
“spezzjoni” tfisser azzjonijiet li jsiru mill-awtoritajiet involuti biex jiġi aċċertat jekk stabbiliment, impriża, sensar, negozjant, vjeġġ ta’ skart jew l-irkupru jew ir-rimi relatat jikkonformax mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|