+TITOLU I KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
---+Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
------+Artikolu 1 3.
------+Artikolu 1 4.
------+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet

TITOLU I KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

TITOLU I KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

1) 

“skart” huwa kif definit fl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2006/12/KE;

2) 

“skart perikoluż” huwa kif definit fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż ( 4 );

3) 

“taħlita ta' skart” tfisser skart li jirriżulta minn taħlit intenzjonat jew mhux intenzjonat ta' żewġ tipi differenti jew aktar ta' skart u li għal liema taħlita ma teżistix entrata waħdanija fl-Annessi III, IIIB, IV u IVA. Skart trasportat fi vjeġġ wieħed ta' skart, li jikkonsisti f'żewġ tipi jew aktar ta' skart, fejn kull skart huwa separat, mhuwiex taħlita ta' skart;

4) 

“rimi” huwa kif definit fl-Artikolu 1(1)(e) tad-Direttiva 2006/12/KE;

5) 

“rimi temporanju” tfisser l-operazzjonijiet ta' rimi D 13 sa D 15 kif definiti fl-Anness II A mad-Direttiva 2006/12/KE;

6) 

“rkupru” huwa kif definit fl-Artikolu 1(1)(f) tad-Direttiva 2006/12/KE;

7) 

“rkupru temporanju” tfisser l-operazzjonijiet ta' rkupru R 12 u R 13 kif definiti fl-Anness IIB mad-Direttiva 2006/12/KE;

▼M11

7a) 

“użu mill-ġdid” tfisser kif definit fl-Artikolu 3(13) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

▼B

8) 

“maniġġar ambjentalment san” tfisser it-teħid tal-passi prattikabbli kollha sabiex jiġi żgurat li l-iskart ikun maniġġat b'mod li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kontra effetti ħżiena li jistgħu jirriżultaw minn tali skart;

9) 

“produttur” huwa kwalunkwe persuna li l-attivitajiet tagħha jipproduċu l-iskart (produttur oriġinali) u/jew kwalunkwe persuna li tagħmel operazzjonijiet ta' proċessar preventiv, ta' taħlit jew operazzjonijiet oħrajn li jirriżultaw f'bidla fin-natura jew fil-kompożizzjoni ta' dan l-iskart (produttur ġdid) (kif definit fl-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2006/12/KE);

10) 

“detentur” huwa l-produttur ta' l-iskart jew il-persuna fiżika jew ġuridika li għandha l-pussess tiegħu (u kif definit fl-Artikolu 1(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/12/KE);

11) 

“kollettur” huwa kwalunkwe persuna li twettaq ġbir ta' skart kif definit fl-Artikolu 1(1)(g) tad-Direttiva 2006/12/KE;

12) 

“negozjant” huwa kwalunkwe persuna li taġixxi fir-rwol ta' prinċipal sabiex tixtri u sussegwentement tbiegħ skart, inklużi tali negozjanti li ma jieħdux pussess fiżiku ta' l-iskart, u kif imsemmi fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/12/KE;

13) 

“sensar” huwa kwalunkwe persuna li torganizza l-irkupru jew ir-rimi ta' skart f'isem ħaddieħor, inklużi dawk is-sensara li ma jieħdux pussess fiżiku ta' iskart, kif imsemmi fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/12/KE;

14) 

“destinatarju” tfisser il-persuna jew l-impriża taħt il-ġurisdizzjoni tal-pajjiż tad-destinazzjoni li lilhom jiġi trasportat l-iskart għall-irkupru jew għar-rimi;

15) 

“notifikatur” tfisser:

(a) 

fil-każ ta' vjeġġ li joriġina minn Stat Membru, kull persuna fiżika jew ġuridika taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru li jkollha l-intenzjoni li twettaq vjeġġ ta' skart jew li għandha l-intenzjoni li tqabbad lil min iwettaq vjeġġ ta' skart u li lilha jiġi assenjat id-dover tan-notifika. In-notifikatur huwa waħda mill-persuni jew korpi elenkati hawn taħt, magħżul skond il-grad stabbilit f'din il-lista:

(i) 

il-produttur oriġinali; jew

(ii) 

il-produttur liċenzjat ġdid li jwettaq operazzjonijiet qabel il-vjeġġ; jew

(iii) 

kollettur liċenzjat li, minn kwantitajiet żgħar varji ta' l-istess tip ta' skart miġbur minn varjetà ta' fonti, ġabar il-vjeġġ li għandu jibda minn lok wieħed notifikat; jew:

(iv) 

negozjant reġistrat, li ġie awtorizzat bil-miktub mill-produttur oriġinali, l-produttur ġdid jew l-kollettur liċenzjat speċikati fil-punti (i), (ii) u (iii) sabiex jaġixxi f'ismu bħala notifikatur;

(v) 

sensar reġistrat awtorizzat bil-miktub mill-produttur oriġinali, l-produttur ġdid jew il-kollettur liċenzjat speċifikati fil-punti (i), (ii) u (iii) sabiex jaġixxi f'ismu bħala notifikatur;

(vi) 

fejn il-persuni kollha speċifikati fil-punti (i), (ii), (iii), (iv) u (v) jekk applikabbli, mhumiex magħrufa jew huma insolventi, id-detentur.

Jekk notifikatur speċifikat fil-punti (iv) jew (v) jonqos milli jwettaq xi wieħed mill-obbligi ta' teħid lura stabbiliti fl-Artikoli 22 sa 25, il-produttur oriġinali jew il-produttur ġdid jew il-kollettur liċenzjat speċifikati fil-punti (i), (ii) jew (iii) rispettivament li awtorizza dak in-negozjant jew sensar sabiex jaġixxi f'ismu għandu jitqies bħala n-notifikatur għall-finijiet ta' l-imsemmija obbligi ta' teħid lura. F'cirkustanzi ta' vjeġġi illegali notifikati minn negozjant jew sensar speċifikat fil-punti (iv) jew (v), il-persuna speċifikata fil-punti (i), (ii) jew (iii) li awtorizzat dak in-negozjant jew sensar sabiex jaġixxi f'isimha għandha titqies bħala n-notifikatur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament;

(b) 

fil-każ ta' importazzjoni bejn il-Komunità jew ta' transitu mill-Komunità ta' skart li ma joriġinax fi Stat Membru, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, minn dawn li ġejjin, taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak il-pajjiż tad-dispaċċ li għandha l-intenzjoni li twettaq vjeġġ ta' skart jew li għandha l-intenzjoni li tqabbad lil min iwettaq vjeġġ ta' skart jew li qabbdet lil min wettaq vjeġġ ta' skart, li tkun:

(i) 

il-persuna nominata mil-liġi tal-pajjiż tad-dispaċċ, jew; fl-assenza ta' tali nomina,

(ii) 

id-detentur fiż-żmien li saret l-esportazzjoni;

16) 

“Konvenzjoni ta' Basel” tfisser il-Konvenzjoni ta' Basel tat-22 ta' Marzu 1989 dwar il-kontroll ta' movimenti transkonfinali ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu;

17) 

“Deċiżjoni ta' l-OECD” tfisser id-Deċiżjoni C(2001)107/Finali tal-Kunsill ta' l-OECD li tikkonċerna d-Deċiżjoni C(92)39/Finali dwar il-kontroll ta' movimenti transkonfinali ta' skart destinat għal operazzjonijiet ta' rkupru;

18) 

“awtorità kompetenti” tfisser:

(a) 

fil-każ ta' Stati Membri, il-korp nominat mill-Istat Membru konċernat skond l-Artikolu 53; jew

(b) 

fil-każ ta' Stat mhux Membru, li huwa Parti għall-Konvenzjoni ta' Basel, il-korp nominat minn dak il-pajjiż bħala l-awtorità kompetenti għall-finijiet ta' dik il-Konvenzjoni skond l-Artikolu 5 tagħha; jew

(ċ) 

fil-każ ta' kwalunkwe pajjiż mhux imsemmi f'(a) jew (b), il-korp li jkun nominat bħala l-awtorità kompetenti mill-pajjiż jew ir-reġjun konċernat jew, fl-assenza ta' tali nominazzjoni, l-awtorità regolatorja għal dak il-pajjiż jew reġjun, skond il-każ, li għandha ġurisdizzjoni fuq vjeġġi ta' skart għal irkupru jew rimi jew transitu, skond kif ikun il-każ;

19) 

“awtorità kompetenti tad-dispaċċ” tfisser l-awtorità kompetenti għaż-żona li minnha jibda jew huwa ippjanat li jibda vjeġġ;

20) 

“awtorità kompetenti tad-destinazzjoni” tfisser l-awtorità kompetenti għaż-żona li fiha jasal jew huwa ppjanat li jasal il-vjeġġ, jew li fiha l-iskart jitgħabba qabel l-irkupru jew ir-rimi f'żona li ma hija taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta' l-ebda pajjiż;

21) 

“awtorità kompetenti ta' transitu” tfisser l-aworità kompetenti ta' kwalunkwe pajjiż barra dak ta' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni li minnha jgħaddi jew huwa ippjanat li jgħaddi l-vjeġġ;

22) 

“pajjiż tad-dispaċċ” tfisser kwalunkwe pajjiż li minnu jibda jew huwa ippjanat li jibda vjeġġ ta' skart.

23) 

“pajjiż tad-destinazzjoni” tfisser kwalunkwe pajjiż li fih jasal jew ikun ippjanat li jasal vjeġġ ta' skart għall-irkupru jew għar-rimi hemmhekk, jew għall-iskop ta' tagħbija qabel irkupru jew rimi f'żona li ma hija taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta' l-ebda pajjiz;

24) 

“pajjiż ta' transitu” tfisser kwalunkwe pajjiż, barra l-pajjiż tad-dispaċċ jew destinazzjoni, li minnu jgħaddi jew huwa ppjanat li jgħaddi vjeġġ ta' skart;

25) 

“żona taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta' pajjiż” tfisser kwalunkwe art jew żona tal-baħar li fiha Stat jeżerċita responsabbiltà amministrattiva u regolatorja skond il-liġi internazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa umana jew ta' l-ambjent;

26) 

“pajjiżi u territorji barranin” tfisser il-pajjiżi u territorji barranin kif elenkati fl-Anness 1A mad-Deċiżjoni 2001/822/KE;

27) 

“uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni mill-Komunità” huwa l-uffiċċju doganali kif definit fl-Artikolu 161(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 6 );

28) 

“uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità” huwa l-uffiċċju doganali kif definit fl-Artikolu 793(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 2454/93 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 7 );

29) 

“uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità” huwa l-uffiċċju doganali fejn l-iskart miġjub fit-territorju doganali tal-Komunità jittieħed skond l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92;

30) 

“importazzjoni” tfisser kwalunkwe dħul ta' skart fil-Komunità iżda eskluż it-transitu mill- Komunità;

31) 

“esportazzjoni” tfisser l-azzjoni tat-tluq ta' skart mill-Komunità iżda eskluż it-transitu fil-Komunità;

32) 

“transitu” tfisser vjeġġ ta' skart jew vjeġġ ippjanat ta' skart minn pajjiżi wieħed jew aktar barra l-pajjiż tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni;

33) 

“trasport” tfisser il-ġarr ta' skart bit-triq, ferrovija, ajru, baħar jew kanali interni;

34) 

“vjeġġ” tfisser it-trasport ta' skart destinat għal irkupru jew rimi li huwa ppjanat jew li jseħħ:

(a) 

bejn pajjiż u pajjiż ieħor; jew

(b) 

bejn xi pajjiż u pajjiżi u territorji barranin jew żoni oħrajn, taħt il-protezzjoni ta' dan ta' dak il-pajjiż; jew

(ċ) 

bejn xi pajjiż u kwalunkwe żona ta' art li mhijiex parti ta' xi pajjiż skond il-liġi internazzjonali; jew

(d) 

bejn xi pajjiż u l-Antartiku; jew

(e) 

minn xi pajjiż u li jgħaddi minn xi waħda miż-żoni msemmija hawn fuq; jew

(f) 

f'xi pajjiż u li jgħaddi minn xi waħda miż-ż-żoni msemmija hawn fuq u li jibda u jispiċċa fl-istess pajjiż; jew

(g) 

minn xi żona ġeografika li mhijiex taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi pajjiż, lejn pajjiz;

35) 

“vjeġġ illegali” tfisser kwalunkwe vjeġġ ta' skart li jittwettaq:

(a) 

mingħajr notifika lill-awtoritajiet kompetenti kollha involuti b'mod konformi ma' dan ir-Regolament; jew

(b) 

mingħajr il-kunsens ta' l-awtoritajiet kompetenti involuti b'mod konformi ma' dan ir-Regolament; jew

(ċ) 

bil-kunsens miksub mill-awtoritajiet kompetenti konċernati permezz ta' falsifikazzjoni, rappreżentazzjoni ħażina jew frodi; jew

(d) 

b'mod li mhuwiex speċifikat materjalment fid-dokumenti ta' notifika jew ta' moviment; jew

(e) 

b'mod li jirriżulta f'irkupru jew f'rimi b'kontravenzjoni ta' regoli Komunitarji jew internazzjonali; jew

(f) 

kuntrarju għall-Artikoli 34, 36, 39, 40, 41 u 43: jew

(g) 

li, in konnessjoni ma vjeġġi ta' skart kif imsemmija fl-Artikoli 3(2) u (4), irriżulta minħabba li:

(i) 

l-iskart instab li mhuwiex elenkat fl-Annessi III, III A jew IIIB; jew

(ii) 

ma kienx hemm konformità ma' l-Artikolu 3(4);

(iii) 

il-vjeġġ twettaq b'mod mhux speċifikat materjalment fid-dokument espost fl-Anness VII;

▼M11

35a) 

“spezzjoni” tfisser azzjonijiet li jsiru mill-awtoritajiet involuti biex jiġi aċċertat jekk stabbiliment, impriża, sensar, negozjant, vjeġġ ta’ skart jew l-irkupru jew ir-rimi relatat jikkonformax mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

▼B

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.