+Artikolu 4 Notifika

Artikolu 4 Notifika

Artikolu 4

Notifika

Fejn in-notifikatur għandu l-intenzjoni li jittrasporta skart kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a) jew (b), huwa għandu jippreżenta minn qabel notifika bil-miktub lil u permezz ta' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u, jekk jippreżenta notifika ġenerali, jikkonforma ma' l-Artikolu 13.

Meta tiġi preżentata notifika, għandhom jiġu sodisfatti dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(1) 

Dokumenti ta' notifika u ta' moviment:

In-notifika għandha ssir permezz tad-dokumenti li ġejjin:

(a) 

id-dokument ta' notifika espost fl-Anness I A; u

(b) 

id-dokument ta' moviment espost fl-Anness I B.

Meta jippreżenta notifika, in-notifikatur għandu jimla d-dokument ta' notifika u, fejn rilevanti, id-dokument ta' moviment.

Meta n-notifikatur ma jkunx il-produttur oriġinali skond il-punt 15(a)(i) ta' l-Artikolu 2, in-notifikatur għandu jiżgura li dan il-produttur jew wieħed mill-persuni indikati fil-punt 15(a)(ii) jew (iii) ta' l-Artikolu 2, fejn dan ikun prattiku, jiffirma wkoll id-dokument ta' notifika espost fl-Anness IA.

Id-dokument ta' notifika u d-dokument tal-moviment għandhom jiġu rilaxxati lin-notifikatur mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ.

(2) 

Informazzjoni u dokumentazzjoni fid-dokumenti ta' notifika u ta' moviment:

In-notifikatur għandu jipprovdi fuq id-dokument ta' notifika jew jannetti miegħu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kif elenkati fl-Anness II, Parti 1. In-notifikatur għandu jipprovdi fuq id-dokument ta' moviment, jew jannetti miegħu, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fl-Anness II, Parti 2 sa fejn huwa possibli fiż-żmien tan-notifika.

Notifika tkun meqjusa bħala mimlija kif jixraq meta l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tkun sodisfatta li d-dokument ta' notifika u d-dokument ta' moviment jintlew skond l-ewwel subparagrafu.

(3) 

Informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali:

Jekk mitlub minn xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, in-notifikatur għandu jipprovdi informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali. Lista ta' informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali li tista' tintalab tinsab fl-Anness II, Parti 3.

Notifika tkun meqjusa bħala mimlija korrettament meta l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni hija sodisfatta li d-dokument ta' notifika u d-dokument ta' moviment imtlew u li l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kif elenkati fl-Anness II, Part 1 u 2, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali mitluba skond dan il-paragrafu u kif elenkati fl-Anness II, Parti 3, ingħataw min-notifikatur.

(4) 

Konklużjoni ta' kuntratt bejn in-notifikatur u d-destinatarju:

In-notifikatur għandu jikkonkludi kuntratt kif deskritt fl-Artikolu 5 mad-destinatarju għall-irkupru jew ir-rimi ta' l-iskart notifikat.

Għandha tiġi provduta prova ta' dan il-kuntratt jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu skond Anness IA lill-awtoritajiet kompetenti involuti fiż-żmien tan-notifika. Għandha tiġi provduta kopja tal-kuntratt jew prova tiegħu għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti involuta min-notifikatur jew destinatarju fuq talba ta' l-awtorità kompetenti.

(5) 

Stabbiliment ta' garanzija finanzjarja jew ta' assigurazzjoni ekwivalenti:

Għandha tiġi stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti kif deskritt fl-Artikolu 6. Għandha ssir dikjarazzjoni għal dan il-għan min-notifikatur bil-mili tal-parti adatta tad-dokument tan-notifika espost fl-Anness 1A.

Il-garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti (jew jekk l-awtorità kompetenti hekk tippermetti, prova ta' dik il-garanzija jew assigurazzjoni jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-ezistenza tagħha) għandha tiġi provduta bħala parti mid-dokument ta' notifika fiż-żmien tan-notifika jew jekk l-awtorità kompetenti hekk tippermetti, skond il-liġi nazzjonali, f'tali żmien qabel il-bidu tal-vjeġġ.

(6) 

Kopertura tan-notifika:

Notifika għandha tkopri l-vjeġġ ta' l-iskart mill-post tad-dispaċċ inizjali u inkluż l-irkupru jew r-rimi temporanju u mhux temporanju tiegħu.

Jekk sussegwentement isiru xi operazzjonijiet temporanji jew mhux temporanji f'pajjiż li mhuwiex l-ewwel pajjiż tad-destinazzjoni, l-operazzjoni mhux temporanja u d-destinazzjoni tagħha għandhom jiġu indikati fin-notifika u għandu japplika l-Artikolu 15(f).

Għal kull notifika għandu jiġi kopert kodiċi wieħed biss ta' identifikazzjoni ta' skart, ħlief għal:

(a) 

skart li mhuwiex klassifikat taħt entrata singola waħda f'xi wieħed mill-Annessi III, IIIB, IV jew IVA. F'dan il-każ, tip wieħed biss ta' skart għandu jiġi speċifikat;

(b) 

taħlitiet ta' tipi ta' skart mhux klassifikati taħt entrata singola waħda f'xi wieħed mill-Annessi III, IIIB, IV jew IVA ħlief jekk elenkati fl-Anness IIIA. F'dan il-każ, il-kodiċi għal kull frazzjoni ta' l-iskart għandu jiġi speċifikat f'ordni ta' importanza.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.