+KAPITOLU 1 Notifika u kunsens bil-miktub minn qabel
---+Artikolu 4 Notifika
---+Artikolu 5 Kuntratt
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 6 Garanzija finanzjarja
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.
------+Artikolu 6 5.
------+Artikolu 6 6.
------+Artikolu 6 7.
------+Artikolu 6 8.
------+Artikolu 6 9.
---+Artikolu 7 Trażmissjoni tan-notifika mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 8 Talbiet għall-informazzjoni u dokumentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti konċernati u rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 9 L-għoti tal-kunsens mill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u ta' transitu u l-perjodi ta' żmien għall-vjeġġ, għall-irkupru jew għar-rimi
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
------+Artikolu 9 4.
------+Artikolu 9 5.
------+Artikolu 9 6.
------+Artikolu 9 7.
------+Artikolu 9 8.
------+Artikolu 9 9.
---+Artikolu 10 Kondizzjonijiet għal vjeġġ
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
------+Artikolu 10 4.
------+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 11 Oġġezzjonjiet għal vjeġġi ta' skart destinat għar-rimi
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
------+Artikolu 11 5.
------+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 12 Oġġezzjonijiet għal vjeġġi ta' skart destinat għall-irkupru
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
------+Artikolu 12 4.
------+Artikolu 12 5.
------+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 13 Notifika ġenerali
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
------+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 14 Impjanti ta' rkupru li jingħataw pre-kunsens
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
------+Artikolu 14 3.
------+Artikolu 14 4.
------+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 15 Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar operazzjonijiet ta' rkupru u rimi temporanji
---+Artikolu 16 Rekwiżiti sussegwenti għall-għoti tal-kunsens għal vjeġġ
---+Artikolu 17 Bdil fil-vjeġġ wara l-kunsens
------+Artikolu 17 1.
------+Artikolu 17 2.
------+Artikolu 17 3.

KAPITOLU 1 Notifika u kunsens bil-miktub minn qabel

KAPITOLU 1 Notifika u kunsens bil-miktub minn qabel

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 Notifika

Artikolu 4

Notifika

Fejn in-notifikatur għandu l-intenzjoni li jittrasporta skart kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a) jew (b), huwa għandu jippreżenta minn qabel notifika bil-miktub lil u permezz ta' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u, jekk jippreżenta notifika ġenerali, jikkonforma ma' l-Artikolu 13.

Meta tiġi preżentata notifika, għandhom jiġu sodisfatti dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(1) 

Dokumenti ta' notifika u ta' moviment:

In-notifika għandha ssir permezz tad-dokumenti li ġejjin:

(a) 

id-dokument ta' notifika espost fl-Anness I A; u

(b) 

id-dokument ta' moviment espost fl-Anness I B.

Meta jippreżenta notifika, in-notifikatur għandu jimla d-dokument ta' notifika u, fejn rilevanti, id-dokument ta' moviment.

Meta n-notifikatur ma jkunx il-produttur oriġinali skond il-punt 15(a)(i) ta' l-Artikolu 2, in-notifikatur għandu jiżgura li dan il-produttur jew wieħed mill-persuni indikati fil-punt 15(a)(ii) jew (iii) ta' l-Artikolu 2, fejn dan ikun prattiku, jiffirma wkoll id-dokument ta' notifika espost fl-Anness IA.

Id-dokument ta' notifika u d-dokument tal-moviment għandhom jiġu rilaxxati lin-notifikatur mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ.

(2) 

Informazzjoni u dokumentazzjoni fid-dokumenti ta' notifika u ta' moviment:

In-notifikatur għandu jipprovdi fuq id-dokument ta' notifika jew jannetti miegħu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kif elenkati fl-Anness II, Parti 1. In-notifikatur għandu jipprovdi fuq id-dokument ta' moviment, jew jannetti miegħu, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fl-Anness II, Parti 2 sa fejn huwa possibli fiż-żmien tan-notifika.

Notifika tkun meqjusa bħala mimlija kif jixraq meta l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tkun sodisfatta li d-dokument ta' notifika u d-dokument ta' moviment jintlew skond l-ewwel subparagrafu.

(3) 

Informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali:

Jekk mitlub minn xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, in-notifikatur għandu jipprovdi informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali. Lista ta' informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali li tista' tintalab tinsab fl-Anness II, Parti 3.

Notifika tkun meqjusa bħala mimlija korrettament meta l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni hija sodisfatta li d-dokument ta' notifika u d-dokument ta' moviment imtlew u li l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kif elenkati fl-Anness II, Part 1 u 2, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali mitluba skond dan il-paragrafu u kif elenkati fl-Anness II, Parti 3, ingħataw min-notifikatur.

(4) 

Konklużjoni ta' kuntratt bejn in-notifikatur u d-destinatarju:

In-notifikatur għandu jikkonkludi kuntratt kif deskritt fl-Artikolu 5 mad-destinatarju għall-irkupru jew ir-rimi ta' l-iskart notifikat.

Għandha tiġi provduta prova ta' dan il-kuntratt jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu skond Anness IA lill-awtoritajiet kompetenti involuti fiż-żmien tan-notifika. Għandha tiġi provduta kopja tal-kuntratt jew prova tiegħu għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti involuta min-notifikatur jew destinatarju fuq talba ta' l-awtorità kompetenti.

(5) 

Stabbiliment ta' garanzija finanzjarja jew ta' assigurazzjoni ekwivalenti:

Għandha tiġi stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti kif deskritt fl-Artikolu 6. Għandha ssir dikjarazzjoni għal dan il-għan min-notifikatur bil-mili tal-parti adatta tad-dokument tan-notifika espost fl-Anness 1A.

Il-garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti (jew jekk l-awtorità kompetenti hekk tippermetti, prova ta' dik il-garanzija jew assigurazzjoni jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-ezistenza tagħha) għandha tiġi provduta bħala parti mid-dokument ta' notifika fiż-żmien tan-notifika jew jekk l-awtorità kompetenti hekk tippermetti, skond il-liġi nazzjonali, f'tali żmien qabel il-bidu tal-vjeġġ.

(6) 

Kopertura tan-notifika:

Notifika għandha tkopri l-vjeġġ ta' l-iskart mill-post tad-dispaċċ inizjali u inkluż l-irkupru jew r-rimi temporanju u mhux temporanju tiegħu.

Jekk sussegwentement isiru xi operazzjonijiet temporanji jew mhux temporanji f'pajjiż li mhuwiex l-ewwel pajjiż tad-destinazzjoni, l-operazzjoni mhux temporanja u d-destinazzjoni tagħha għandhom jiġu indikati fin-notifika u għandu japplika l-Artikolu 15(f).

Għal kull notifika għandu jiġi kopert kodiċi wieħed biss ta' identifikazzjoni ta' skart, ħlief għal:

(a) 

skart li mhuwiex klassifikat taħt entrata singola waħda f'xi wieħed mill-Annessi III, IIIB, IV jew IVA. F'dan il-każ, tip wieħed biss ta' skart għandu jiġi speċifikat;

(b) 

taħlitiet ta' tipi ta' skart mhux klassifikati taħt entrata singola waħda f'xi wieħed mill-Annessi III, IIIB, IV jew IVA ħlief jekk elenkati fl-Anness IIIA. F'dan il-każ, il-kodiċi għal kull frazzjoni ta' l-iskart għandu jiġi speċifikat f'ordni ta' importanza.

Artikolu 5 Kuntratt
Artikolu 6 Garanzija finanzjarja
Artikolu 7 Trażmissjoni tan-notifika mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ
Artikolu 8 Talbiet għall-informazzjoni u dokumentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti konċernati u rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni
Artikolu 9 L-għoti tal-kunsens mill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u ta' transitu u l-perjodi ta' żmien għall-vjeġġ, għall-irkupru jew għar-rimi
Artikolu 10 Kondizzjonijiet għal vjeġġ
Artikolu 11 Oġġezzjonjiet għal vjeġġi ta' skart destinat għar-rimi
Artikolu 12 Oġġezzjonijiet għal vjeġġi ta' skart destinat għall-irkupru
Artikolu 13 Notifika ġenerali
Artikolu 14 Impjanti ta' rkupru li jingħataw pre-kunsens
Artikolu 15 Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar operazzjonijiet ta' rkupru u rimi temporanji

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar operazzjonijiet ta' rkupru u rimi temporanji

Vjeġġi ta' skart destinati għal operazzjonijiet temporanji ta' rkupru jew rimi għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a) 

Fejn vjeġġ ta' skart huwa destinat għal operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju, l-impjanti kollha fejn ikunu previsti operazzjonijiet sussegwenti ta' rkupru u rimi temporanju u kif ukoll mhux temporanju għandhom ikunu indikati fid-dokument ta' notifika flimkien ma' l-operazzjoni inizjali temporanja ta' rkupru jew rimi.

(b) 

L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom għal vjeġġ ta' skart destinat għal operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanja biss jekk ma jkunx hemm bazi għal oġġezzjoni, skond l-Artikoli 11 jew 12, għall-vjeġġ(i) ta' skart lejn l-impjanti li jagħmlu kwalunkwe operazzjonijiet sussegwenti ta' rkupru jew rimi temporanju jew mhux temporanju.

(ċ) 

Fi żmien tlett ijiem mir-riċezzjoni ta' l-iskart mill-impjant li jagħmel din l-operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju, dak l-impjant għandu jipprovdi konferma bil-miktub li l-iskart ġie riċevut.

Din il-konferma għandha tingħata fid-dokument ta' moviment jew tiġi annessa miegħu. L-impjant imsemmi għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment li jikkontjenu din il-konferma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

(d) 

Mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tlestija ta' l-operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju u mhux aktar tard minn sena kalendarja jew minn perjodu iqsar skond l-Artikolu 9(7), wara r-riċezzjoni ta' l-iskart, l-impjant li jwettaq din l-operazzjoni, għandu, bir-responsabbilità tiegħu, jiċċertifika li l-irkupru jew rimi temporanju ġie kompletat.

Dan iċ-ċertifikat għandu jkun fid-dokument ta' moviment jew anness miegħu.

L-impjant imsemmi għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment li jikkontjenu dan iċ-ċertifikat lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

(e) 

Meta impjant ta' rkupru jew rimi li jwettaq operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju jikkunsinna l-iskart għal kwalunkwe operazzjoni sussegwenti ta' rkupru jew rimi temporanju jew mhux temporanju, lil xi impjant li jinsab fil-pajjiż tad-destinazzjoni, huwa għandu jikseb malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn sena kalendarja mill-kunsinna ta' l-iskart, jew perjodu iqsar skond l-Artikolu 9(7), ċertifikat minn dak l-impjant li l-operazzjoni sussegwenti ta' rkupru jew rimi mhux temporanju ġiet kompletata.

L-imsemmi impjant li jagħmel l-operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju għandu minnufih jittrasmetti ċ-ċertifikat/i pertinenti lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati, u jiddentifika l-vjeġġ(i) li għalihom iċ-ċertifikat/i jappartjeni/u.

(f) 

Meta ssir kunsinna kif deskritta fis-subparagrafu (e) lil impjant li jinsab rispettivament:

(i) 

fil-pajjiż inizjali tad-dispaċċ jew fi Stat Membru ieħor, notifika ġdida għandha tkun rekwiżita skond id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu; jew

(ii) 

f'pajjiż terz, notifika ġdida għandha tkun rekwiżita skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u addizzjonalment id-dispożizzjonijiet li jiggvernaw l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom japplikaw ukoll għall-awtorità kompetenti inizjali tal-pajjiż inizjali tad-dispaċċ.

Artikolu 16 Rekwiżiti sussegwenti għall-għoti tal-kunsens għal vjeġġ

Artikolu 16

Rekwiżiti sussegwenti għall-għoti tal-kunsens għal vjeġġ

Wara li jingħata kunsens għal vjeġġ notifikat mill-awtoritajiet kompetenti involuti, l-intrapriżi kollha nvoluti għandhom jimlew id-dokument ta' moviment, jew fil-każ ta' notifika ġenerali d-dokumenti ta' moviment, fil-punti indikati, jiffirmawh jew jiffirmawhom u jżommu kopja jew kopji tagħhom. Għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

Il-kompletamenti tad-dokument ta' moviment min-notifikatur: malli n-notifikatur jirċievi l-kunsens mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni jew ta' transitu jew, in konnessjoni mal-awtorità kompetenti ta' transitu, jista' jassumi l-kunsens taċitu, huwa għandu jinserixxi d-data attwali tal-vjeġġ u jimla d-dokument ta' moviment sakemm huwa possibli.

(b) 

Informazzjoni minn qabel dwar il-bidu attwali tal-vjeġġ: in-notifikatur għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment hekk mimli, kif deskritt fis-subparagrafu (a), lill-awtoritajiet kompetenti konċernati u lid-destinatarju mill-inqas tlett ijiem qabel ma jibda l-vjeġġ.

(ċ) 

Dokomenti li għandhom jakkumpanjaw kull trasport: in-notifikatur għandu jżomm għalih kopja tad-dokument ta' moviment. Id-dokument ta' moviment u l-kopji tad-dokument ta' notifika bil-kunsensi bil-miktub u l-kondizzjonijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti konċernati kollha għandhom jakkumpanjaw kull vjeġġ. Id-dokument ta' moviment għandu jinżamm mill-impjant li jirċievi l-iskart.

(d) 

Konferma bil-miktub tar-riċezzjoni ta' l-iskart mill-impjant: fi żmien tlett ijiem mir-riċezzjoni ta' l-iskart, l-impjant għandu jipprovdi konferma bil-miktub li l-iskart ġie riċevut.

Din il-konferma għandha tkun fid-dokument ta' moviment jew annessa miegħu.

L-impjant għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment li jkun fihom din il-konferma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

(e) 

Ċertifikat għall-irkupru jew rimi mhux temporanju mill-impjant: malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn 30 jum mill-kompletament ta' l-operazzjoni ta' rkupru jew ta' rimi mhux temporanju, u mhux aktar tard minn sena kalendarja, jew perjodu iqsar skond Artikolu 9(7), wara r-riċezzjoni ta' l-iskart, l-impjant li jagħmel l-operazzjoni għandu, bir-responsabbiltà tiegħu, jiċċertifika li l-irkupru jew ir-rimi mhux temporanju ġie kompletat.

Dan iċ-ċertifikat għandu jkun kontenut fid-dokument ta' moviment jew anness miegħu.

L-impjant għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment li jkun fih dan iċ-ċertifikat lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

Artikolu 17 Bdil fil-vjeġġ wara l-kunsens

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.