+Artikolu 5 Kuntratt
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
|
Artikolu 5 Kuntratt
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Il-vjeġġi kollha ta' skart li għalihom hija meħtieġa notifika għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżit tal-konklużjoni ta' kuntratt bejn in-notifikatur u d-destinatarju għall-irkupru jew ir-rimi ta' skart notifikat.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Il-kuntratt għandu jiġi konkluż u effettiv fiż-żmien tan-notifika u għad-dewmien tal-vjeġġ sakemm jinħareġ ċertifikat skond l-Artikolu 15e, l-Artikolu 16(e) jew, fejn ikun il-każ, l-Artikolu 15(d).
|
|
Artikolu 5 3.
|
Il-kuntratt għandu jinkludi obbligi:
(a)
fuq in-notifikatur li jieħu l-iskart lura jekk il-vjeġġ jew l-irkupru jew r-rimi ma ġiex kompletat kif maħsub jew jekk ikun sar bħala vjeġġ illegali, skond Artikolu 22 u l-Artikolu 24(2);
(b)
fuq id-destinatur li jivvaluta jew jelimina l-iskart meta hu l-oġġett ta' trasferiment illiċitu, konformi ma' l-Artikolu 24(3);
(ċ)
fuq l-impjant li jipprovdi, skond Artikoli 16(e), ċertifikat li l-iskart ġie rkuprat jew mormi skond in-notifika u l-kondizzjonijiet speċifikati fiha u r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 5 4.
|
Jekk l-iskart trasportat huwa destinat għal operazzjoniijiet ta' rkupru jew rimi temporanji, il-kuntratt għandu jinkludi l-obbligi addizzjonali li ġejjin:
(a)
l-obbligu fuq l-impjant tad-destinazzjoni li jipprovdi, skond l-Artikoli 15(d) u, fejn ikun il-każ, l-Artikolu 15(e), iċ-ċertifikati li l-iskart ġie rkuprat jew mormi skond in-notifika u l-kondizzjonijiet speċifikati fiha u r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament; u
(b)
l-obbligu fuq id-destinarju li jippreżenta, fejn applikabbli, notifika lill-awtorità inizjali kompetenti tal-pajjiż inizjali tad-dispaċċ skond l-Artikolu 15(f)(ii).
|
|
Artikolu 5 5.
|
Jekk il-vjeġġ jiġi trasportat bejn żewġ stabbilimenti taħt il-kontroll ta' l-istess entità legali, il-kuntratt jista' jiġi sostitwit b'dikjarazzjoni mill-entità in kwistjoni li timpenja ruħa li tirkupra jew tarmi l-iskart notifikat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|