+Artikolu 6 Garanzija finanzjarja
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 6 8.
---+Artikolu 6 9.

Artikolu 6 Garanzija finanzjarja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

Il-vjeġġi kollha ta' skart li għalihom hija meħtieġa notifika għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta' garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti li tkopri:

(a) 

l-ispejjeż tat-trasport;

(b) 

l-ispejjeż ta' l-irkupru jew tar-rimi, inklużi dawk ta' kwalunkwe operazzjoni temporanja meħtieġa; u

(ċ) 

l-ispejjeż tad-depożitu għal 90 jum.

Artikolu 6 2.

Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti hija ntiża sabiex jiġu koperti l-ispejjeż li jsiru fil-kuntest ta':

(a) 

każijiet fejn vjeġġ jew l-irkupru jew ir-rimi ma jistax jiġi kompletat kif maħsub, kif imsemmi fl-Artikolu 22; u

(b) 

każijiet fejn vjeġġ jew l-irkupru jew ir-rimi jkunu illegali kif imsemmi fl-Artikolu 24.

Artikolu 6 3.
Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tiġi stabbilita min-notifikatur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika f'isimha u għandha tkun effettiva fiż-żmien tan-notifika jew, jekk l-awtorità kompetenti li tapprova l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti hekk tippermetti, sa mhux aktar tard miż-żmien tat-tluq tal-vjeġġ, u għandha tapplika għall-vjeġġ notifikat sa mhux aktar tard minn meta jibda l-vjeġġ.
Artikolu 6 4.

L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tapprova l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti, inklużi il-forma, it-test u l-ammont tal-kopertura.

Madanakollu, f'każijiet ta' importazzjoni lejn il-Komunità, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fil-Komunità għandha tirrivedi l-ammont tal-kopertura u, jekk meħtieġ, tapprova garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti addizzjonali.

Artikolu 6 5.

Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tkun valida għal, u tkopri, vjeġġ notifikat u t-tlestija ta' l-irkupru jew tar-rimi ta' l-iskart notifikat.

Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tiġi terminata meta l-awtorità kompetenti konċernata tkun irċeviet ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16(e) u, fejn ikun il-każ, fl-Artikolu 15(e) fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rkupru jew rimi temporanju.

Artikolu 6 6.
B'deroga mill-paragrafu 5, jekk l-iskart trasportat ikun destinat għal operazzjonijiet ta' rkupru jew ta' rimi temporanju u ssir operazzjoni ulterjuri ta' rkupru jew ta' rimi fil-pajjiz tad-destinazzjoni, il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti tista' tiġi terminata meta l-skart jitlaq mill-impjant temporanju l-awtorità kompetenti konċernata tkun irċeviet taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(d). F'dan il-każ, kwalunkwe vjeġġ addizzjonali lejn impjant ta' rkupru jew rimi għandu jkun kopert b'garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti ġdida ħlief jekk l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tkun sodisfatta li tali garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti mhijiex meħtieġa. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tkun responsabbli għall-obbligi li jinħolqu f'każ ta' vjeġġ illegali jew għat-teħid lura meta l-vjeġġ jew l-irkupru jew ir-rimi ulterjuri ma jistgħux jiġu kompletati kif maħsub.
Artikolu 6 7.
L-awtorità kompetenti fil-Komunità li tkun approvat il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha jkollha aċċess għaliha u għandha tagħmel użu mill-fondi, inkluż għall-iskop ta' ħlasijiet lil awtoritajiet oħrajn konċernati, bil-għan li jiġu sodisfatti l-obbligi li jinħolqu skond Artikoli 23 u 25.
Artikolu 6 8.

Fil-każ ta' notifika ġenerali skond l-Artikolu 13, tista' tiġi stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti li tkopri partijiet tan-notifika ġenerali, minflok waħda li tkopri n-notifika ġenerali sħiħa. F'tali kazijiet, il-garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti għandha tapplika għall-vjeġġ mhux aktar tard minn meta jibda l-vjeġġ notifikat kopert biha.

Il-garanzija finanazjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti għandha tibda meta l-awtorità kompetenti konċernata tkun irċeviet iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16(e) jew, fejn xieraq, fl-Artikolu 15(e) fir-rigward ta' operazzjonijiet interim ta' rkupru jew operazzjonijiet ta' rimi għall-iskart relevanti. Għandu japplika, mutatis mutandis, il-paragrafu 6.

Artikolu 6 9.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skond dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.