+Artikolu 7 Trażmissjoni tan-notifika mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.

Artikolu 7 Trażmissjoni tan-notifika mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
Mar-riċezzjoni ta' notifika mimlija kif xieraq kif deskritt fit-tieni subparagrafu tal-punt 2 ta' l-Artikolu 4, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha żżomm kopja tan-notifika u tittrasmetti n-notifika lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni b'kopji mibgħuta lil kull awtorità(jiet) kompetenti ta' transitu u għandha tinforma lin-notifikatur bit-trażmissjoni. Dan għandu jsir fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mir-riċezzjoni tan-notifika.
Artikolu 7 2.

Jekk in-notifika ma tkunx mimlija kif xieraq, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha titlob l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni min-notifikatur skond it-tieni subparagrafu tal-punt 2 ta' l-Artikolu 4.

Dan għandu jsir fi żmien tlett ijiem mir-riċezzjoni tan-notifika.

F'tali kazijiet l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha jkollha tlett ijiem ta' xogħol wara r-riċezzjoni ta' l-informazzjoni u/jew dokumentazzjoni mitluba sabiex tikkonforma mal-paragrafu 1.

Artikolu 7 3.

L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista' tiddeċiedi fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mir-riċezzjoni ta' notifika korrettament mimlija kif deskritt fit-tieni subparagrafu tal-punt 2 ta' l-Artikolu 4, li ma tipproċedix bin-notifika jekk hija jkollha oġġezzjonijiet kontra l-vjeġġ skond l-Artikoli 11 u 12.

Hija għandha tinforma minnufih lin-notifikatur bid-deċiżjoni tagħha u b'dawn l-oġġezzjonijiet.

Artikolu 7 4.
Jekk, fi żmien tletin jum mir-riċezzjoni tan-notifika, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma tkunx trasmettiet in-notifika kif meħtieġ taħt il-paragrafu 1, hija għandha tipprovdi n-notifikatur bi spjegazzjoni motivata fuq talba tiegħu/tagħha. Dan ma japplikax meta t-talba għall-informazzjoni, imsemmija fil-paragrafu 2, ma tkunx ġiet soddisfatta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.