+Artikolu 9 L-għoti tal-kunsens mill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u ta' transitu u l-perjodi ta' żmien għall-vjeġġ, għall-irkupru jew għar-rimi
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.
---+Artikolu 9 8.
---+Artikolu 9 9.

Artikolu 9 L-għoti tal-kunsens mill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u ta' transitu u l-perjodi ta' żmien għall-vjeġġ, għall-irkupru jew għar-rimi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u ta' transitu għandhom ikollhom tletin jum wara d-data tat-trażmissjoni tar-rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-Artikolu 8 sabiex jieħdu waħda mid-deċiżjoni li ġejjin, debitament motivati bil-miktub, fir-rigward tal-vjeġġ notifikat:

(a) 

jagħtu kunsens mingħajr kondizzjoni;

(b) 

jagħtu kunsens b'kondizzjonijiet skond l-Artikolu 10; jew

(ċ) 

iqajmu oġġezzjoni skond l-Artikoli 11 u 12.

Il-kunsens taċitu ta' l-awtorità kompetenti ta' transitu jista' jiġi preżunt jekk ma ssir ebda oġġezzjoni fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum.

Artikolu 9 2.
L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u, fejn ikun il-każ, ta' transitu għandhom jittrasmettu d-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha lin-notifikatur bil-miktub fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1, u għandhom jintbagħtu kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati l-oħra.
Artikolu 9 3.
L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tad-dispaċċ u, fejn ikun il-każ, ta' transitu għandhom jindikaw il-kunsens bil-miktub tagħhom billi jittimbraw, jiffirmaw u jiddataw kif meħtieġ id-dokument ta' notifika jew il-kopji tiegħu.
Artikolu 9 4.
Il-kunsens bil-miktub għal vjeġġ ippjanat għandu jiskadi sena kalendarja wara li jkun ingħata jew f'data aktar tard kif indikat fid-dokument tan-notifika. Minkejja dan, dan ma għandux japplika jekk jiġi indikat perjodu iqsar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati.
Artikolu 9 5.
Il-kunsens taċitu għal vjeġġ ippjanat għandu jiskadi sena kalendarja wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 9 6.
Il-vjeġġ ippjanat jista' jsir biss wara li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' Artikolu 16(a) u (b) u matul il-perjodu ta' validità tal-kunsensi taċiti jew bil-miktub ta' l-awtoritajiet kompetenti kollha.
Artikolu 9 7.
L-irkupru jew ir-rimi ta' skart in konnessjoni ma' vjeġġ ippjanat għandu jitlesta mhux aktar tard minn sena kalendarja ta' l-iskart mill-impjant, sakemm ma jiġix indikat żmien iqsar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati.
Artikolu 9 8.

L- awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom jirtiraw il-kunsens tagħhom meta jkollhom tagħrif li:

(a) 

l-kompożizzjoni ta' l-iskart mhijiex kif ġie notifikat; jew

(b) 

il-kondizzjonijiet imposti fuq il-vjeġġ ma ġewx rispettati; jew

(ċ) 

l-iskart ma ġiex irkuprat jew mormi skond il-permess ta' l-impjant li wettaq dik l-operazzjoni; jew

(d) 

l-iskart sejjer jiġi jew ġie trasportat, irkuprat jew mormi b'mod li mhuwiex skond l-informazzjoni mogħtija fid-dokumenti ta' notifika u moviment jew annessa miegħu.

Artikolu 9 9.
Kwalunkwe irtirar ta' kunsens għandu jiġi komunikat permezz ta' notifika uffiċjali lin-notifikatur b'kopji mibgħuta lill-awtoritajiet konċernati oħra u lid-destinatarju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.