+Artikolu 10 Kondizzjonijiet għal vjeġġ
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.

Artikolu 10 Kondizzjonijiet għal vjeġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u ta' transitu jistgħu, fi żmien tletin jum mid-data tat-trażmissjoni tar-rikonoxximent ta' l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-artikolu 8, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet in konnessjoni mal-kunsens tagħhom għal vjeġġ notifikat. Tali kondizzjonijiet jistgħu jkunu ibbażati fuq waħda jew aktar mir-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 11 jew l-Artikolu 12.
Artikolu 10 2.
L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u ta' transitu jistgħu wkoll, fil-limitu taż-żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet in konnessjoni mat-trasport ta' l-iskart fil-ġurisdizjoni tagħħom. Tali kondizzjonijiet ta' trasport ma għandhomx ikunu aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-rigward ta' vjeġġi simili li jsiru interament fil-ġurisdizzjoni tagħhom u għandhom jieħdu l-kont dovut ta' il-ftehim eżistenti, partikolarment ta' ftehim internazzjonali rilevanti.
Artikolu 10 3.
L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u ta' transitu jistgħu wkoll, fil-limitu taż-żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1, jistabbilixxu l-kondizzjoniji li l-kunsens tagħhom għandu jiġi kunsidrat bħala irtirat jekk il-garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti ma tkunx applikabbli l-aktar tard meta jibda l-vjeġġ notifikat, kif meħtieġ skond l-Artikolu 6(3).
Artikolu 10 4.

Il-kondizzjonijiet għandhom jiġu komunikati lin-notifikatur bil-miktub mill-awtorità li tistabbilixxihom, li għandhom jintbgħatu kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

Il-kondizzjonijiet għandhom jiġu mogħtija fid-dokument ta' notifika jew annessi miegħu mill-awtorità kompetenti rilevanti.

Artikolu 10 5.
L-awtorita' kompetenti tad-destinazzjoni tista' wkoll, fil-limiti taż-żmien ta' 30 ġurnata msemmi fil-paragrafu 1, timponi kundizzjoni li l-impjant li jirċievi l-iskart jżomm reġistru regolari għad-dħul, għall-ħruġ u/jew għal l-bilanċ ta' skart kif ukoll ta' l-operazzjonijiet marbuta tagħhom ta' rkupru jew ta' rimi, kif imsemmija fin-notifika, u għall-perjodu ta' validità tan-notifika. Dawn ir-records reġistrati għandhom ikunu ffirmati minn persuna legalment responsabbli għall-impjant u għandhom jiġu mibgħuta lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fi żmien ta' mhux aktar minn xahar wara t-tlestija ta' l-operazzjoni notifikata ta' rkupru jew ta' skart.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.