+Artikolu 11 Oġġezzjonjiet għal vjeġġi ta' skart destinat għar-rimi
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.

Artikolu 11 Oġġezzjonjiet għal vjeġġi ta' skart destinat għar-rimi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.

Fejn tiġi preżentata notifika dwar vjeġġ ippjanat ta' skart destinat għar-rimi, l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u tad-dispaċċ jistgħu, fi żmien tletin jum mid-data tat-trażmissjoni tar-rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-Artikolu 8, iqajmu oġġezzjonijiet motivati bbażati fuq waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin u skond it-Trattat:

(a) 

li l-vjeġġ jew rimi ppjanat ma jikkonformax mal-miżuri meħuda fl-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' prossimità, ta' prijorità għall-irkupru u ta' awtosuffiċjenza fil-livelli Komunitarji u nazzjonali skond id-Direttiva 75/442/KEE, sabiex jipprojbixxu ġeneralment u parzjalment jew sabiex joġġezzjonaw sistematikament għal vjeġġi ta' skart; jew

(b) 

li l-vjeġġ jew rimi ppjanat ma jikkonformax mal-liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent, l-ordni pubbliku jew il-protezzjoni tas-saħħa fir-rigward ta' azzjonijiet li jkunu qegħdin jitwettqu fil-pajjiż li joġġezzjona; jew

(ċ) 

li n-notifikatur jew id-destinatarju preċedentement instab ħati ta' vjeġġ illegali jew ta' xi att ieħor illegali in konnessjoni mal-protezzjoni ta' l-ambjent. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni jistgħu jirrifjutaw il-vjeġġi kollha li jinvolvu l-persuna in kwistjoni skond il-liġi nazzjonali; jew

(d) 

li n-notifikatur jew l-impjant ripetutament naqas milli jikkonforma ma' l-Artikoli 15 u 16 in konnessjoni ma' vjeġġi preċedenti; jew

(e) 

li l-Istat Membru jixtieq jeżerċita d-dritt tiegħu skond Artikolu 4(1) tal-Konvenzjoni ta' Basel li jipprojbixxi l-importazzjoni ta' skart perikoluż jew ta' skart elenkat fl-Anness II ma' dik il-Konvenzjoni; jew

(f) 

li l-vjeġġ jew ir-rimi ppjanatimur kontra l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali konkluzi mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri konċernati jew mill-Komunità; jew

(g) 

li l-vjeġġ jew rimi ppjanat ma jikkonformax mad-Direttiva 2006/12/KE, partikolarment l-Artikoli 5 u 7 tagħha, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċirkustanzi ġeografiċi jew tal-ħtieġa għal installazzjonijiet speċjalizzati għal ċerti tipi ta' skart:

(i) 

sabiex jiġi implimentat il-prinċipju ta' awtosuffiċjenza fil-livelli ta' Komunità nazzjonali; jew

(ii) 

f'każijiet fejn l-installazzjoni speċjalizzata jkollha tiddisponi minn skart ta' derivazzjoni eqreb u l-awtorità kompetenti tat prijorità lil dan l-iskart; jew

(iii) 

bil-għan li jiżguraw li l-vjeġġi jikkonformaw mal-pjanijiet ta' l-immaniġġar ta' l-iskart; jew

(h) 

li l-iskart sejjer jiġi trattat f'impjant li jkun kopert mid-Direttiva 96/61/KE iżda li ma japplikax l-aħjar tekniki disponibbli kif definiti fl-Artikolu 9(4) ta' dik id-Direttiva skond il-permess ta' l-impjant; jew

(i) 

li l-iskart ikun skart muniċipali, imħallat, miġbur minn djar privati (titlu ta' skart 20 03 01); jew

(j) 

li l-iskart konċernat mhuwiex sejjer jiġi trattat skond standards ta' protezzjoni ambjentali li jorbtu legalment in konnessjoni ma' operazzjonijiet ta' rimi stabbiliti fil-liġi Komunitarja wkoll f'każijiet fejn jingħataw derogi temporanji.

Artikolu 11 2.
L-awtorità(jiet) kompetenti ta' transitu tista'/jistgħu, fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1, tagħmel/jagħmlu oġġezzjonijiet motivati bbażati biss fuq il-paragrafu 1(b), (ċ), (d) and (f).
Artikolu 11 3.
Fil-każ ta' skart perikoluż prodott fi Stat Membru ta' dispaċċ fi kwantità, b'kollox, hekk żgħira kull sena li ma jkunx ekonomiku l-provvediment ta' installazzjonijiet ta' rimi ġodda speċjalizzati f'dak l-Istat Membru, il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika.

L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tikkopera ma' l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ li tikkunsidra li għandu japplika dan il-paragrafu u mhux il-paragrafu 1(a), bil-għan li l-kwistjoni tiġi risolta bilateralment.

Jekk ma tinstabx soluzzjoni sodisfaċenti, kwalunkwe mill-Istati Membri jista' jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tiddetermina l-kwistjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2).

Artikolu 11 4.
Jekk, fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafi 1, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-problemi li dwarhom tqajmu l-oġġezzjonijiet tagħhom ġew risolti, huma għandhom jinfurmaw minnufih lin-notifikatur bil-miktub, u għandhom jintbgħatu kopji lid-destinatarju u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti.
Artikolu 11 5.
Jekk il-problemi li dwarhom tqajmu l-oġġezzjonijiet ma jiġux risolti fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1, in-notifika ma għandhiex tibqa' valida. Fil-każijiet li n-notifikatur jibqa' bil-ħsieb li jagħmel il-vjeġġ, għandha tiġi preżentata notifika ġdida sakemm l-awtoritajiet kompetenti u kkonċernati kollha jiftiehmu mod ieħor.
Artikolu 11 6.
Dawk il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skond il-paragrafu 1(a), sabiex jipprojbixxu ġeneralment jew parzjalment jew sabiex joġġezzjonaw sistematikament għal vjeġġi ta' skart destinati għar-rimi, jew skond il-paragrafu 1(e), għandhom jiġu notifikati minnufih lill-Kummissjoni li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.