|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.Fejn tiġi preżentata notifika dwar vjeġġ ta' skart ippjanat destinat għall-irkupru, l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u tad-dispaċċ jistgħu, fi żmien tletin jum mid-data tat-trażmissjoni tar-rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-Artikolu 8, jagħmlu oġġezzjonijiet motivati bbażati fuq waħda jew aktar mir-raġunijiet imsemmija hawn taħt u skond it-Trattat:
(a)
li l-vjeġġ jew l-irkupru ppjanat ma jkunx skond id-Direttiva 2006/12/KE, partikolarment l-Artikoli 3, 4, 7 u 10 tagħha; jew
(b)
li l-vjeġġ jew l-irkupru ppjanat ma jkunx skond il-liġi nazzjonali relattiva għall-protezzjoni ta' l-ambjent, għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà pubblika jew għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika fir-rigward ta' azzjonijiet imwettqa fil-pajjiż li joġġezzjona; jew
(ċ)
li l-vjeġġ jew l-irkupru ppjanat ma jkunx skond il-liġi nazzjonali fil-pajjiż tad-dispaċċ relattiva għall-irkupru ta' skart, inkluż fejn il-vjeġġ ippjanat jikkonċerna skart destinat għall-irkupru f'impjant li jżomm ma' standards ta' trattament għall-iskart partikolari li huma aktar baxxi minn dawk tal-pajjiż tad-dispaċċ, bir-rispett dovut lejn il-ħtieġa li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern; Dan ma għandux japplika jekk:
(i)
teżisti liġi korrispondenti Komunitarja, partikolarment konnessa ma' l-iskart, u jekk ġew introdotti fil-liġi nazzjonali li tittrasponi tali liġi Komunitarja rekwiżiti li huma għallinqas stretti daqs dawk imposti fil-liġi Komunitarja;
(ii)
l-operazzjoni ta' rkupru fil-pajjiż tad-destinazzjoni ssir taħt kundizzjonijiet li huma ġeneralment ekwivalenti għal dawk preskritti fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż tad-dispaċċ;
(iii)
il-liġi nazzjonali fil-pajjiż tad-dispaċċ, barra dik koperta mill-punt (i), ma ġietx notifikata skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar servizzi konnessi mas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni ( 8 ), fejn meħtieġ minn dik id-Direttiva; jew
(d)
li n-notifikatur jew id-destinatarju kien preċedentement misjub ħati ta' vjeġġ illegali jew ta' xi atti illegali oħra in konnessjoni mal-protezzjoni ta' l-ambjent. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni jistgħu jirrifjutaw kull vjeġġ li jinvolvi l-persuna in kwistjoni skond il-liġi nazzjonali; jew
(e)
li n-notifikatur jew l-impjant ripetutament ma kkonformax ma' l-Artikoli 15 u 16 in konnessjoni ma' vjeġġi preċedenti;
(f)
li l-vjeġġ jew rkupru ippjanat imur kontra l-obbligi li joħorġu minn konvenzjonijiet internazzjonali konklużi mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri konċernati u l-Komunità; jew
(g)
li l-proporzjon ta' l-iskart rikuperabbli u mhux rikuperabbli, il-valur stmat tal-materjali li finalment sejrin jiġu rkuprati jew l-ispiża ta' l-irkupru u l-ispiża tar-rimi tal-frazzjoni mhux rikuperabbli ma jiġġustifikawx l-irkupru, b'kont meħud ta' konsiderazzjonijiet ekonomiċi u/jew ambjentali; jew
(h)
li l-iskart trasportat huwa destinat għar-rimi u mhux ghall-irkupru; jew
(i)
li l-iskart sejjer jiġi trattat f'impjant li huwa kopert mid-Direttiva 96/61/KE, iżda li ma japplikax l-aħjar tekniki disponibbli kif definiti fl-Artikolu 9(4) ta' dik id-Direttiva skond il-permess ta' l-impjant; jew
(j)
li l-iskart konċernat mhuwiex sejjer jiġi trattat skond standards ta' protezzjoni ambjentali legalment obbligatorji in konnessjoni ma' operazzjonijiet ta' rkupru, jew skond obbligi li jorbtu legalment dwar l-irkupru jew ir-riċiklaġġ stabbiliti fil-liġi Komunitarja (ukoll f'każijiet fejn jingħataw derogi temporanji); jew
(k)
li l-iskart konċernat mhuwiex sejjer jiġi trattat skond pjanijiet ta' mmaniġġar ta' l-iskart imfassla skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/12/KE bil-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' obbligi li jorbtu legalment dwar l-irkupru jew ir-riċiklaġġ stabbiliti fil-liġi Komunitarja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|