+Artikolu 12 Oġġezzjonijiet għal vjeġġi ta' skart destinat għall-irkupru
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
|
Artikolu 12 Oġġezzjonijiet għal vjeġġi ta' skart destinat għall-irkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Fejn tiġi preżentata notifika dwar vjeġġ ta' skart ippjanat destinat għall-irkupru, l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u tad-dispaċċ jistgħu, fi żmien tletin jum mid-data tat-trażmissjoni tar-rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-Artikolu 8, jagħmlu oġġezzjonijiet motivati bbażati fuq waħda jew aktar mir-raġunijiet imsemmija hawn taħt u skond it-Trattat:
(a)
li l-vjeġġ jew l-irkupru ppjanat ma jkunx skond id-Direttiva 2006/12/KE, partikolarment l-Artikoli 3, 4, 7 u 10 tagħha; jew
(b)
li l-vjeġġ jew l-irkupru ppjanat ma jkunx skond il-liġi nazzjonali relattiva għall-protezzjoni ta' l-ambjent, għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà pubblika jew għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika fir-rigward ta' azzjonijiet imwettqa fil-pajjiż li joġġezzjona; jew
(ċ)
li l-vjeġġ jew l-irkupru ppjanat ma jkunx skond il-liġi nazzjonali fil-pajjiż tad-dispaċċ relattiva għall-irkupru ta' skart, inkluż fejn il-vjeġġ ippjanat jikkonċerna skart destinat għall-irkupru f'impjant li jżomm ma' standards ta' trattament għall-iskart partikolari li huma aktar baxxi minn dawk tal-pajjiż tad-dispaċċ, bir-rispett dovut lejn il-ħtieġa li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern;
Dan ma għandux japplika jekk:
(i)
teżisti liġi korrispondenti Komunitarja, partikolarment konnessa ma' l-iskart, u jekk ġew introdotti fil-liġi nazzjonali li tittrasponi tali liġi Komunitarja rekwiżiti li huma għallinqas stretti daqs dawk imposti fil-liġi Komunitarja;
(ii)
l-operazzjoni ta' rkupru fil-pajjiż tad-destinazzjoni ssir taħt kundizzjonijiet li huma ġeneralment ekwivalenti għal dawk preskritti fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż tad-dispaċċ;
(iii)
il-liġi nazzjonali fil-pajjiż tad-dispaċċ, barra dik koperta mill-punt (i), ma ġietx notifikata skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar servizzi konnessi mas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni (
8
), fejn meħtieġ minn dik id-Direttiva; jew
(d)
li n-notifikatur jew id-destinatarju kien preċedentement misjub ħati ta' vjeġġ illegali jew ta' xi atti illegali oħra in konnessjoni mal-protezzjoni ta' l-ambjent. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni jistgħu jirrifjutaw kull vjeġġ li jinvolvi l-persuna in kwistjoni skond il-liġi nazzjonali; jew
(e)
li n-notifikatur jew l-impjant ripetutament ma kkonformax ma' l-Artikoli 15 u 16 in konnessjoni ma' vjeġġi preċedenti;
(f)
li l-vjeġġ jew rkupru ippjanat imur kontra l-obbligi li joħorġu minn konvenzjonijiet internazzjonali konklużi mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri konċernati u l-Komunità; jew
(g)
li l-proporzjon ta' l-iskart rikuperabbli u mhux rikuperabbli, il-valur stmat tal-materjali li finalment sejrin jiġu rkuprati jew l-ispiża ta' l-irkupru u l-ispiża tar-rimi tal-frazzjoni mhux rikuperabbli ma jiġġustifikawx l-irkupru, b'kont meħud ta' konsiderazzjonijiet ekonomiċi u/jew ambjentali; jew
(h)
li l-iskart trasportat huwa destinat għar-rimi u mhux ghall-irkupru; jew
(i)
li l-iskart sejjer jiġi trattat f'impjant li huwa kopert mid-Direttiva 96/61/KE, iżda li ma japplikax l-aħjar tekniki disponibbli kif definiti fl-Artikolu 9(4) ta' dik id-Direttiva skond il-permess ta' l-impjant; jew
(j)
li l-iskart konċernat mhuwiex sejjer jiġi trattat skond standards ta' protezzjoni ambjentali legalment obbligatorji in konnessjoni ma' operazzjonijiet ta' rkupru, jew skond obbligi li jorbtu legalment dwar l-irkupru jew ir-riċiklaġġ stabbiliti fil-liġi Komunitarja (ukoll f'każijiet fejn jingħataw derogi temporanji); jew
(k)
li l-iskart konċernat mhuwiex sejjer jiġi trattat skond pjanijiet ta' mmaniġġar ta' l-iskart imfassla skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/12/KE bil-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' obbligi li jorbtu legalment dwar l-irkupru jew ir-riċiklaġġ stabbiliti fil-liġi Komunitarja.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-awtorita(jiet) kompetenti ta' transitu tista'/jistgħu, fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1, tagħmel/jagħmlu oġġezzjonijiet motivati għall-vjeġġ ippjanat ibbażati biss fuq il-paragrafu 1(b), (d),(e) u (f).
|
|
Artikolu 12 3.
|
Jekk, fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-problemi li dwarhom tqajmu l-oġġezzjonijiet tagħhom ġew risolti, huma għandhom jinfurmaw minnufih lin-notifikatur bil-miktub, b'kopji mibgħuta lid-destinatarju u lill-awtoritajiet kompetenti oħrajn involuti.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Jekk il-problemi li dwarhom tqajmu l-oġġezzjonijiet ma jiġux solvuti fil-limitu ta' żmien ta' tletin jum imsemmi fil-paragrafi 1, in-notifika ma għandhiex tibqa' valida. Fil-każijiet li n-notifikatur jibqa' bil-ħsieb li jagħmel il-vjeġġ, għandha tiġi preżentata notifika ġdida sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha jiftiehemu mod ieħor.
|
|
Artikolu 12 5.
|
L-oġġezzjonijiet magħmula minn awtoritajiet kompetenti skond il-paragrafu 1(ċ) għandhom jiġu rrappurtati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 51.
|
|
Artikolu 12 6.
|
L-Istat Membru tad-dispaċċ għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-liġi nazzjonali li fuqha jistgħu jiġu bbażati l-oġġezzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet kompetenti skond il-paragrafu 1(ċ), u għandu jindika għal liema skart u operazzjonijiet ta' rkupru ta' skart dawk l-oġġezzjonijiet japplikaw, qabel tali liġi tiġi invokata sabiex isiru oġġezzjonijiet motivati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|