Minkejja l-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista' tiddeċiedi li aktar żmien huwa meħtieġ sabiex tirċievi aktar informazzjoni jew dokumentazzjoni min-notifikatur.
F'każijiet bħal dawn l-awtorità kompetenti għandha, fi żmien sebat ijiem ta' xogħol, tinforma lin-notifikatur bil-miktub b'kopji mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti.
Iż-żmien totali meħtieġ ma għandux jeċċedi 30 jum mid-data tat-trażmissjoni ta' l-att ta' rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-Artikolu 8.