+Artikolu 14 Impjanti ta' rkupru li jingħataw pre-kunsens
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
|
Artikolu 14 Impjanti ta' rkupru li jingħataw pre-kunsens
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni li għandhom ġurisidizzjoni fuq impjanti speċifiċi ta' rkupru jistgħu jiddeċiedu li joħorġu pre-kunsens lil tali impjanti.
Tali deċiżjonijiet għandhom ikunu limitati għal perjodu speċifiku u jkunu revokabbli f'kull waqt.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Fil-każ ta' notifika ġenerali preżentata skond l-Artikolu 13, il-perjodu ta' validità tal-kunsens imsemmi fl-Artikolu 9(4) u (5) jista' jiġi estiż sa tliet snin mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni bi ftehim ma' awtoritajiet oħrajn involuti.
|
|
Artikolu 14 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti li jiddeċiedu li joħorġu pre-kunsens lil xi impjant skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u, fejn xieraq, lis-Segretarjat ta' l-OECD b'dawn li ġejjin:
(a)
l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni u l-indirizz ta' l-impjant ta' rkupru;
(b)
id-deskrizzjoni tat-teknoloġiji użati, inkluż(i) kodiċi-R;
(ċ)
it-tipi ta' skart kif elenkati fl-Annessi IV u IVA jew it-tipi ta' skart li għalihom tapplika d-deċiżjoni;
(d)
il-kwantità totali li għaliha ngħata l-pre-kunsens;
(f)
kull bidla fil-pre-kunsens;
(g)
kull bidla fl-informazzjoni notifikata; u
(h)
kull revoka tal-pre-kunsens.
Għal dan l-iskop għandha tintuża l-formola esposta fl-Anness VI.
|
|
Artikolu 14 4.
|
B'deroga mill-Artikoli 9, 10 u 12, il-kunsens mogħti skond l-Artikolu 9, il-kundizzjonijiet imposti skond l-Artikolu 10 jew l-oġġezzjonijiet magħmula skond l-Artikolu 12 mill-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom ikunu suġġetti għal-limitu ta' żmien ta' 7 ijiem ta' xogħol mid-data tat-trażmissjoni ta' l-att ta' rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-Artikolu 8.
|
|
Artikolu 14 5.
|
Minkejja l-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista' tiddeċiedi li aktar żmien huwa meħtieġ sabiex tirċievi aktar informazzjoni jew dokumentazzjoni min-notifikatur.
F'każijiet bħal dawn l-awtorità kompetenti għandha, fi żmien sebat ijiem ta' xogħol, tinforma lin-notifikatur bil-miktub b'kopji mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti.
Iż-żmien totali meħtieġ ma għandux jeċċedi 30 jum mid-data tat-trażmissjoni ta' l-att ta' rikonoxximent mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni skond l-Artikolu 8.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|