|
+Artikolu 15 Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar operazzjonijiet ta' rkupru u rimi temporanji |
Artikolu 15 Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar operazzjonijiet ta' rkupru u rimi temporanjiArtikolu 15 Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar operazzjonijiet ta' rkupru u rimi temporanji Vjeġġi ta' skart destinati għal operazzjonijiet temporanji ta' rkupru jew rimi għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
(a)
Fejn vjeġġ ta' skart huwa destinat għal operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju, l-impjanti kollha fejn ikunu previsti operazzjonijiet sussegwenti ta' rkupru u rimi temporanju u kif ukoll mhux temporanju għandhom ikunu indikati fid-dokument ta' notifika flimkien ma' l-operazzjoni inizjali temporanja ta' rkupru jew rimi.
(b)
L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom għal vjeġġ ta' skart destinat għal operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanja biss jekk ma jkunx hemm bazi għal oġġezzjoni, skond l-Artikoli 11 jew 12, għall-vjeġġ(i) ta' skart lejn l-impjanti li jagħmlu kwalunkwe operazzjonijiet sussegwenti ta' rkupru jew rimi temporanju jew mhux temporanju.
(ċ)
Fi żmien tlett ijiem mir-riċezzjoni ta' l-iskart mill-impjant li jagħmel din l-operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju, dak l-impjant għandu jipprovdi konferma bil-miktub li l-iskart ġie riċevut. Din il-konferma għandha tingħata fid-dokument ta' moviment jew tiġi annessa miegħu. L-impjant imsemmi għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment li jikkontjenu din il-konferma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.
(d)
Mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tlestija ta' l-operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju u mhux aktar tard minn sena kalendarja jew minn perjodu iqsar skond l-Artikolu 9(7), wara r-riċezzjoni ta' l-iskart, l-impjant li jwettaq din l-operazzjoni, għandu, bir-responsabbilità tiegħu, jiċċertifika li l-irkupru jew rimi temporanju ġie kompletat. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun fid-dokument ta' moviment jew anness miegħu. L-impjant imsemmi għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment li jikkontjenu dan iċ-ċertifikat lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.
(e)
Meta impjant ta' rkupru jew rimi li jwettaq operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju jikkunsinna l-iskart għal kwalunkwe operazzjoni sussegwenti ta' rkupru jew rimi temporanju jew mhux temporanju, lil xi impjant li jinsab fil-pajjiż tad-destinazzjoni, huwa għandu jikseb malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn sena kalendarja mill-kunsinna ta' l-iskart, jew perjodu iqsar skond l-Artikolu 9(7), ċertifikat minn dak l-impjant li l-operazzjoni sussegwenti ta' rkupru jew rimi mhux temporanju ġiet kompletata. L-imsemmi impjant li jagħmel l-operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju għandu minnufih jittrasmetti ċ-ċertifikat/i pertinenti lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati, u jiddentifika l-vjeġġ(i) li għalihom iċ-ċertifikat/i jappartjeni/u.
(f)
Meta ssir kunsinna kif deskritta fis-subparagrafu (e) lil impjant li jinsab rispettivament:
(i)
fil-pajjiż inizjali tad-dispaċċ jew fi Stat Membru ieħor, notifika ġdida għandha tkun rekwiżita skond id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu; jew
(ii)
f'pajjiż terz, notifika ġdida għandha tkun rekwiżita skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u addizzjonalment id-dispożizzjonijiet li jiggvernaw l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom japplikaw ukoll għall-awtorità kompetenti inizjali tal-pajjiż inizjali tad-dispaċċ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|