+Artikolu 16 Rekwiżiti sussegwenti għall-għoti tal-kunsens għal vjeġġ

Artikolu 16 Rekwiżiti sussegwenti għall-għoti tal-kunsens għal vjeġġ

Artikolu 16

Rekwiżiti sussegwenti għall-għoti tal-kunsens għal vjeġġ

Wara li jingħata kunsens għal vjeġġ notifikat mill-awtoritajiet kompetenti involuti, l-intrapriżi kollha nvoluti għandhom jimlew id-dokument ta' moviment, jew fil-każ ta' notifika ġenerali d-dokumenti ta' moviment, fil-punti indikati, jiffirmawh jew jiffirmawhom u jżommu kopja jew kopji tagħhom. Għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

Il-kompletamenti tad-dokument ta' moviment min-notifikatur: malli n-notifikatur jirċievi l-kunsens mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni jew ta' transitu jew, in konnessjoni mal-awtorità kompetenti ta' transitu, jista' jassumi l-kunsens taċitu, huwa għandu jinserixxi d-data attwali tal-vjeġġ u jimla d-dokument ta' moviment sakemm huwa possibli.

(b) 

Informazzjoni minn qabel dwar il-bidu attwali tal-vjeġġ: in-notifikatur għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment hekk mimli, kif deskritt fis-subparagrafu (a), lill-awtoritajiet kompetenti konċernati u lid-destinatarju mill-inqas tlett ijiem qabel ma jibda l-vjeġġ.

(ċ) 

Dokomenti li għandhom jakkumpanjaw kull trasport: in-notifikatur għandu jżomm għalih kopja tad-dokument ta' moviment. Id-dokument ta' moviment u l-kopji tad-dokument ta' notifika bil-kunsensi bil-miktub u l-kondizzjonijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti konċernati kollha għandhom jakkumpanjaw kull vjeġġ. Id-dokument ta' moviment għandu jinżamm mill-impjant li jirċievi l-iskart.

(d) 

Konferma bil-miktub tar-riċezzjoni ta' l-iskart mill-impjant: fi żmien tlett ijiem mir-riċezzjoni ta' l-iskart, l-impjant għandu jipprovdi konferma bil-miktub li l-iskart ġie riċevut.

Din il-konferma għandha tkun fid-dokument ta' moviment jew annessa miegħu.

L-impjant għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment li jkun fihom din il-konferma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

(e) 

Ċertifikat għall-irkupru jew rimi mhux temporanju mill-impjant: malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn 30 jum mill-kompletament ta' l-operazzjoni ta' rkupru jew ta' rimi mhux temporanju, u mhux aktar tard minn sena kalendarja, jew perjodu iqsar skond Artikolu 9(7), wara r-riċezzjoni ta' l-iskart, l-impjant li jagħmel l-operazzjoni għandu, bir-responsabbiltà tiegħu, jiċċertifika li l-irkupru jew ir-rimi mhux temporanju ġie kompletat.

Dan iċ-ċertifikat għandu jkun kontenut fid-dokument ta' moviment jew anness miegħu.

L-impjant għandu jibgħat kopji iffirmati tad-dokument ta' moviment li jkun fih dan iċ-ċertifikat lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.